Ħamsin sena ma humiex wisq fil-ħajja tal-umanità, imma huma
numru ta’ snin konsiderevoli f’ ħajja ta’ bniedem wieħed. Ħamsin sena għandhom
mnejn jibdlu oġġett u minn ħaġa komuni ssir ħaġa rari, jistgħu jibdlu karozza
minn waħda sempliċi għal waħda klassika jekk tkun għadha f’kundizzjoni tajba.
Ħamsin sena jibdlu tifel jew tifla f’ raġel jew mara u jibdlu ġuvni jew tfajla
f’ anzjan jew anzjana. Ħamsin sena jistgħu jibdlu pajjiż, bħalma inbidlet din
Malta tagħna. Ħamsin sena ilu Malta ma kienitx dik li hija llum f’ kull sens.
Indipendenza
Il-21 ta’ Settembru tal-1964 jimmarka t-twelid tan-nazzjon
Malti. Ir-Renju Unit kien ilu sa minn wara l-gwerra jitlaq minn idejh
il-kolonji li għal mijiet ta’ snin kienu taħt idejh. Dakinhar kien imiss li
pajjiżna wkoll jagħmel il-pass kuraġġuż u jinħall mid-dipendenza tiegħu fuq
pajjiż ieħor.
B’ differenza ta’ bosta eks kolonji oħra, pajjiżna ma
għaddiex minn gwerer ċivili. Ma rridx ngħid li kollox kien ward u zahar għax
żminijiet ta’ tensjoni bejn il-Maltin kien hawn ukoll, imma qatt ma nistgħu
nipparagunaw dak li ġara f’ Malta ma’ dak li ġara fi Rwanda, fir-Rodesja,f
l-Angola,f is-Somalja jew fil-pajjiż ġar tagħna, l-Libja. Dawn kollha kienu
pajjiżi kolonji ta’ xi stat Ewropew imma mill-indipendenza tagħhom ’l hawn
kellhom gwerrer imdemmija li ħallew bosta u bosta ċittadini mejtin. Dan
għall-grazza ta’ Alla f’ pajjiżna ma seħħx. Tassew li ma nistgħux nipparagunaw
pajjiżna ma’ dawn il-pajjiżi li semmejt. Tista’ tgħid li f’ Malta kulħadd jiġi
minn xulxin, ma hemmx etinċitajiet diffferenti, ma nemmnux li bejnietna hemm
razzez differenti, nemmnu biss li aħna lkoll aħwa Maltin. Forsi dan is-sens unitarju ħelisna mit-tixrid
tad-demm li sar f’ pajjiżi oħrajn.
Nazzjonaliżmu

Tibdil


Fr Reno Muscat
Dan l-artiklu deher fin-Nazzjon tal-20 ta' Settembru 2014
Nessun commento:
Posta un commento