Kull ilsien li
jeżisti fid-dinja huwa mibni minn numru ta’ kliem li jinftiehem minn dak
il-grupp ta’ persuni li jkunu jitkellmu dak l-ilsien. Aktar ma jkun kbir
il-grupp li jitkellmu dak l-ilsien, aktar tkun kbira l-għażla tal-kliem li jkun
hemm fih. Għalhekk l-Ingliż huwa ilsien għani għax huwa mitkellem minn bosta
miljuni, filwaqt li l-Malti huwa ifqar fil-kliem minħabba n-numru żgħir ta’
dawk li jitkellmuh. Minkejja li ilsiem ikun għani, xorta insibu kliem li jkollu
aktar minn tifsira waħda minkejja li jkun jinkiteb l-istess. Dawn il-kliem
jissejħu ‘omografi’, li kelma ġejja mill-Grieg omògraphos, li tfisser l-istess sinjali ta’ kitba, l-stess grafika.
Fl-ilsna li nafu
Aħna l-Maltin kważi
kollha nitkellmu tliet ilsna, l-aktar il-Malti, l-Ingliż u t-Taljan. Ejjew
inħallu barra l-mod kif nitkellmuhom għax jekk nieqfu fuq dan is-suġġett ma
nispiċċaw qatt. F’ dawn l-ilsna insibu omografi li jistgħu jħawduna jekk ma
nkunux nafu sewwa dak l-ilsien. It-Taljani kienu jagħmlu differenza fil-kitba tal-kelma
billi jużaw l-aċċenti. Illum ħadd aktar ma jikteb l-aċċenti fuq il-kliem u hekk
sirna nsibu principi, it-tfal subien
tar-re, u principi, dawk ir-regoli li
nimxi magħhom, miktubin l-istess. Fis-sew dawn għandhom jinkitbu prìncipi meta nkunu qegħdin insemmu
lill-ulied ir-re u princìpi meta
nsemmu r-regoli. It-Taljani ma għadhomx jużaw aċċenti meta jiktbu imma meta
jitkellmu ma jlissnux iż-żewġ kelmiet l-istess. Kliem ieħor li nsibu miktub
l-istess huwa viola, li jista’ jkun
lewn jew inkella l-azzjoni ta’ bniedem li kiser il-liġi, mill-verb violare, botta li tista’ tkun bettija tal-inbid jew kelma li ngħid biex
niġbed saqajn xi ħadd.
Fl-ingliż insibu
omografi wkoll li għandna mnejn naqrawhom spiss bla ma nagħtu każ li għandhom
aktar minn tifsira waħda. Per eżempju l-kelma lead tista’ tfisser l-azzjoni ta’ min imexxi jew inkella ċomb.
Billi fl-Ingliż il-verb ma joqgħodx mingħajr is-suġġett, allura dlonk nintebħu
għal xiex ikun qiegħed jirreferi l-kittieb. Omografi Ingliżi oħra huma: tear, li tista’ tfisser iċċarrat jew
demgħa, row li tista’ tfisser qadfa
jew ringiela u wind, li tista’
tfisser tagħti l-ħabel lill-arloġġ jew inkella riħ. Minkejja li dan il-kliem
jinkiteb l-istess, mhux bilfors li jinħass l-istess u għalhekk wieħed irid
jitħarreġ sewwa biex jippronunzja Ingliż tajjeb. Dawn huma biss ftit eżempji
mill-bosta omografiċi li nsibu fl-Inġliż. F’ dan l-ilsien insibu wkoll kliem
omofoni, li jinkiteb differenti imma jinħass l-istess. Fost l-aktar li
jgerfxuna insibu weather, it-temp, u whether, jekk u accept, naċċetta u except li tfisser minbarra.
It-Tromba
Fil-Malti insibu
wkoll xi omofoni bħal ‘dar’, fejn noqgħodu, u ‘dahar’, il-parti tal-ġisem, jew
‘nar’, dak li jsaħħan il-kamra, jew ‘nhar’, li huwa l-jum.
Omogarfu importanti

Sfortunatament
ċerti mexxejja ma jifhmux li din il-kelma fiha żewġ tifsiriet, jew jippruvaw ma
jifhmux li hemm omografu u jgħaqqdu kollox flimkien. Ir-riżultat ta’ dan
ix-xogħol ikun li l-fidili jkunu stmati ta’ fidili. Fi kliem ieħor ngħidu li hemm
min jistma lis-segwaċi daqslikieku kienu boloh! Min jistma lill-fidili ta’
fidili jispiċċa biex jitlef il-qaleb u l-ġbejna! Sfortunatament dan jiġri
spiss.
Fr Reno Muscat
Dan l-artiklu deher fin-Nazzjon, 22 ta' Novembru 2014
Nessun commento:
Posta un commento