Ftit snin ilu, anzi ftit issa ilu ftit snin mhux ħażin, sibt
ruħi fi Piazza del Plebiscito ġewwa Napli. Kien hemm manifestazzjoni, kant,
żfin u l-kumplament. Tħajjart nersaq fil-qrib biex nara x’ kien hemm sewwa u
ndunajt li kien programm multikulturali. Napli mhix nieqsa minn persuni ta’
nazzjonalitajiet differenti. Fuq iċ-ċinta tal-kolonnat li jdawwar lil din
il-pjazza kien hemm strixxi tad-drapp imwaħħlin. Fuqhom kien hemm kliem b’ diversi ilsna fosthom
b-ilsien art twelidna. Il-kliem miktub kien “Nemmen fid-diversità”.
Differenti minn
xulxin
Il-fatt li bniedem huwa differenti minn ieħor ma jfissirx li
huma ta’ żewġ razez differenti. Il-filosofija tar-razza li xerrdu n-Nazisti u
l-Faxxisti fis-snin tletin tas-sekluli għadda hija filosofija falza u gidba.
Il-bnedmin kollha huma ta’ razza waħda u ma teżistix aktar min razza waħda –
ir-razza umana. Imma differenzi jeżistu fil-kultura, fl-ilsna, fil-mod kif
naħsbu, fit-twemmin. Din hija d-diversità li l-festival ta’ Napli kien qiegħed
juri.
Monopolju
Din is-sena smajna ħafna dwar il-ħajja ta’ San Ġwanni Pawlu
II minħabba l-kanonizazzjoni tiegħu. Niftakru li meta r-Russi ħakmu
lill-Polonja kienu ppruvaw jeqirdu għal kollox il-kultura Polakka, ħaġa li anke
ż-żagħżugħ Wojtyla qatt ma seta’ jaċċetta. U ħalli ngħiduha ċara, mhux sewwa,
anzi huwa ħażin ħafna li qawwa barranija tieħu l-monopolju fuq ġens bil-ħsieb
li teqridlu l-identità u l-karattru tiegħu. Min jista’ jlumu lil dak il-poplu
li jirribella għax tkun se titteħidlu l-identità tiegħu?
Replika tas-seklu li
għadda

Propjetà
Xi ħassieba jsostnu li l-propjetà privata ma teżistix għax
id-dinja inħalqet għal kulħadd u kulħadd għeri ġie fid-dinja, ħadd ma ġab xejn
miegħu u ħadd ma hu sejjer jieħu xejn miegħu. Personalment ma naqbilx ma’ dawn il-ħassieba
għax min hu bieżel ħaqqu ħlasu u mhux sewwa li ħobż il-bieżel jieklu
l-għażżien. Fuq il-livell dinji naraw pajjiżi li huma sfruttati. Mhux il-każ fejn
ħobż il-bieżel jieklu l-għażżien imma każ ta’ politka żbaljata. Ikollna
nammettu wkoll li ċerti popli mxew il quddiem aktar minn popli oħrajn għax jew
in-natura kienet aktar twajba magħhom jew għax għażlu sistema ta’ tmexxija
aħjar minn popli oħra. Għalhekk inħolqot id-diversità fid-dinja. Veru li lkoll
l-istess twelidna, imma ma ngħixux ilkoll l-istess.
Naċċetta u nkun
aċċettat

Fr Reno Muscat
Danl'artiklu deher fin-Nazzjon, 13 ta' Settembru 2014
Nessun commento:
Posta un commento