Il-kwistjoni dwar l-użu
tal-kelma Christmas. Kemm varament
toffendi lill-oħrajn?
Kull ma jmur
iktar qiegħed jersaq il-jum tal-25 ta’ Diċembru, jum li l-parti l-kbira minna
nsejħulu l-Milied. Ma’ dan il-jum hemm marbutin għadd ta’ festi u
tradizzjonijiet. Aħna l-Maltin ma aħniex
differenti minn popli oħra. Huma wkoll jiem ta’ vaganzi fejn uffiċċji jew
fabbriki jagħalqu bwiebhom sabiex il-ħaddiema jkunu jistgħu jgawdu l-familja
tagħhom. Sfortunatament hemm faxxa ta’ ħaddiema li xogħolhom ma jistax jieqaf
lanqas fi żmien il-festi, anzi hemm każi fejn dawn il-jiem ikunu impenjativi
aktar mill-kumplament tas-sena.
Happy holidays

Il-Musulmani
Meta naħsbu fuq
fatti bħal dawn aktarx naħsbu li dawk li huma kontra l-użu tal-kelma Christmas huma il-Musulmani. Dan huwa
żball għax il-Musulmani l-ewwel ħaġa
jirrikonoxxu l-Bibbja bħala ktieb qaddis
u għalhekk dak li hemm imniżżel fih huwa wkoll qaddis u t-tieni ħaġa
l-Musulmani għandhom qima kbira lejn il-Madonna u lejn binha Ġesù. Dan ma
jfisssirx li t-teoloġija Nisranija u dik Musulmana hija l-istess imma juri li mhux
tassew li l-festi tat-twelid ta’ Ġesù joffendu lill-Musulmani.
Reliġjonijiet oħrajn

Tassew li
minbarra dawn l-erba’ religjonijiet kbar jifdal kważi kwart tal-popolazzjoni
dinjija. Imma kemm tassew iċ-ċelebrazzjonijiet tal-M ilied jagħtuhom fastidju
lil dawn it-talin? Kważi nofs dan il-kwart ma jappartjeni għall-ebda reliġjon u
n-nofs kwart l-ieħor jiġbor fih popli bi twemmin tribali, f’postijiet fid-dinja
li tant huma remoti li niddubita jekk qattx semgħu bi Kristu jew bil-festa ta’
twelidu.
Nibża li dan
il-ħafna plejtu li jsir ma huwa xejn għajr duħħan jew hemm xi intenzjoni
moħbija. Żgur li l-pressjoni ma tiġix minn persuni ta’ twemmin differenti minn
dak Kristjan
Fr. Reno Muscat
OP
dan l-artiklu deher f' In-Nazzjon, 21 ta' Diċembru 2013
Nessun commento:
Posta un commento