Il-laqgħa
tal-mexxejja tal-Commonwealth, imsejħa CHOGM, li saret f’ pajjiżna ftit
tal-jiem ilu, nisslet nostalġija għal dawk il-Maltin ta’ ċerta età. Iż-żjara
ta’ membri tal-familja rjali ma hijiex sempliċiment żjara kwalunkwe imma hija waħda
li fiha sinifikat kbir għal dawk li jiftakru lil Malta bħala kolonja
Brittanika. Aħna li ma niftakrux dak iż-żmien ma tantx nistgħu niddeskrivu xi
jħossu dawk ta’ qabilna meta ssir żjara minn dik il-persuna li huma jiftakruha
bħala kap ta’ pajjiżna. Dawk li għandhom ħamsin sena jew anqas ftit li xejn
nafu dwar il-monarkija. Għalina re jew reġina hija xi persuna li kienet tmexxi
xi pajjiż ħafna sin ilu. Biss sal-lum fadal numru ta’ monarkiji madwar
id-dinja, għad li bosta minhom huma biss titli u tilfu kull poter li darba
kellhom. Dan il-ħsieb ġie f’ moħħi u mort infittex dwar kemm bejn wieħed u
ieħor fadal monarkiji fid-dinja. Illum nixtieq naqsam magħkom dak li sirt naf.
Ir-Reġina Eliżabetta II
Ir-Reġina Eliżabetta II |
Dik li sat-13 ta’
Diċembru 1974 kienet il-kap tal-istat tagħna, Eliżabetta tal-familja Windsor,
aktarx li hija l-aktar reġina popolari u magħrufa llum il-ġurnata. Dan għaliex
hija kap ta’ xejn inqas minn sittax-il stat. Madanakollu dan ma jfissirx li
tmexxi dawn il-pajjizi kollha imma għandha t-titlu ta’ kap għaliex xi darba
dawk il-pajjiżi kienu, jew f’ ċerti każi għadhom, taħt il-kuruna Ngliża. Il-pajjiżi
li jagħrfu lil din is-sultana bħala kap tagħhom huma dawn: L-ewwel nett
Ir-Renju Unit, Antigua u Barbuda, l-Awstralja, il-Baħamas, Barbados, il-Belize,
il-Ġamajka, Grenada, il-Kanada, New Zealand, Papua New Guinea, il-Federazzjoni
ta’ Saint Kitts u Nevis, Saint Lucia, Saint Vincent u l-Grenadini, il-Gżejjer
Solomon u Tuvalu.
Strada Rjali fl-okkażjoni tal-inkurunazzjoni tar-Reġina Eliżabetta II.
|
Monarki Ewropej
Ir-Reġina Margrethe II |
Monarki fid-dinja
Fil-kumplament
tad-dinja insibu bosta rejiet jew irġejjen oħrajn li ghadhom sal-lum imexxu jew
tal-anqas simbolikament huma kapijiet ta’ għadd ta’ stati. Ir-Renju tal-Bahrain
għandu lir-Re Hamad ibn Isa, fir-Renju tal-Bhutan insibu lir-Re Jigme Khesar
Namgyel. Il-Brunei huwa mmexxi mis-Sultan Hassanal Bolkiah. Fil-Ġordan għandna
lir-Re Abdullah II filwaqt li fil-Kambodja nsibu r-Re Norodom Sihamoni. Il-Kap
tal-Ġappun huwa l-Imperatur Akihito. Fir-Renju tal-Lesoto hemm ir-Re Letsie III u fil-Malasja għandna lir-Re Abdul Halim. Il-Kuwajt għandu lill- Emir Sabah
al-Ahmad u l-Marokk lir-Re Mohammed VI. L-Oman, dak li għandu l-kapitali tiegħu
l-istess bħal kunjomi, għandu lis-Sultan Qaboos bin Said. Emir ieħor insibuh
ġewwa l-Qatar. Dan jismu Tamim bin Hamad. Salman bin Abdul‘aziz huwa r-re tal-Arabja
Sawdija filwaqt li Mswati III huwa dak tas-Swaziland. Bhumibol Adulyadej u Tupou
VI huma r-rejiet tat-Tajlandja u tar-Renju ta’ Tonga rispettivament.
Papa Pawlu VI |
Kemm ismijiet,
kemm pajjiżi, li forsi xi wħud lanqas qatt smajna bihom jew nafu fejn huma. Daqxejn
ta’ ħsieb dwar ir-reġina wassalni biex infittex dwarhom u naqsam magħkom dak li sibt.
Fr Reno Muscat
Dan l-artiklu deher f' In-Nazzjon 5 ta' Diċembru 2015
Nessun commento:
Posta un commento