Il-ġimgħa l-oħra wassalt xi tagħrif dwar San Bastjan u
l-kult tiegħu billi huwa wieħed mill-qaddisin li l-bniedem idur lejhom f’xi
epidemija jew pandemija. Daqs tant ieħor ikun mitlub Santu Rokku u għalhekk
xieraq li llum inkun u nafu xi ħaġa dwar dan il-qaddis u l-kult tiegħu.
Dwar il-qaddis
Dan il-Qaddis twieled Montpellier fi Franza bejn l-1345 u
l-1350 u miet f’Voghera fl-Italja bejn l-1376 u l-1379 ta’ mhux aktar minn
tnejn u tletin sena. Is-sorsi fuq dan il-qaddis huma skarsi u mhumiex preċiżi
ħafna u jsiru aktar oskuri bil-leġġendi dwaru. Jingħad li waqt li kien
f’pellegrinaġġ lejn Ruma huwa kien ta dak kollu li kellu lill-foqra imbagħad
waqaf f’Acquapendente, fil-provinċja ta’
Viterbo, l-Italja. Hemmhekk beda
jiddedika ruħu biex jgħin lill-morda bil-pesta u wettaq xi fejqan mirakoluż
tant li dlonk inxterdet il-fama tiegħu. Waqt dan il-pellegrinaġġ lejn l-Italja
ċentrali huwa ddedika ruħu għal ħidmiet ta’ karità u għajnuna kif ukoll wettaq
konverżjonijiet kontinwi. Kien kważi miet fil-ħabs, wara li ġie arrestat ħdejn
Angera, fil-Lombardija, minn xi suldati
fuq suspett ta’ spjunaġġ. Huwa kien ikun mitlub kontra l-mard tal-baqar u
d-diżastri naturali, il-kult tiegħu nfirex b’mod straordinarju fit-Tramuntana
tal-Italja u dan kien marbut b’mod partikolari bħala protettur kontra l-pesta.
Qabel il-mewt tiegħu, il-Qaddis kien kiseb mingħand Alla r-rigal li jsir l-interċessur ta’ dawk kollha li jomordu bil-pesta li jinvokaw ismu, Fuq il-qabar tiegħu f’Voghera, mill-ewwel beda jiffjorixxi l-kult taż-żagħżugħ Rocco, pellegrin minn Montpellier, ħabib taż-żgħar, il-morda bil-pesta u l-foqra. Il-Konċilju ta’ Kostanza fl-1414 invokah bħala qaddis għall-ħelsien tiegħu mill-epidemija tal-pesta. Il-Papa Girgor XIII (1572-1585) daħħal l-isem ta’ Rokku fil-Martiroloġju Ruman, taħt il-pontifikat tal-Papa Urbanu VIII (1623-1644) il-Kongregazzjoni tar-Riti daħħlet Uffiċċju u Quddiesa għall-knejjes mibnija ad unur il-qaddis. Fl-aħħarnett, fl-1694, il-Papa Innoċenz XII ta l-permess lill-Franġiskani biex jiċċelebraw il-festa b’rit doppju l-festa ta’ Santu Rokku bħala membru tat-Terz Ordni ta’ San Franġisk. Il-knisja tiċċelebra l-festa tiegħu nhar is-16 ta’ Awwissu.
F’Malta
Santu Rokku għandu għadd ta’ kappelli ġewwa Malta u dan juri
l-qima li jgawdi. Bosta minnhom inbnew b’wegħda wara xi imxija. Indibu kappelli
jew knejjes għal dan il-qaddis fu
fil-Belt Valletta.
Qabel l-1658 f’Bubaqra
kien hemm żewġ knejjes: waħda dedikata lil San Ġwann u l-oħra lil Santu Rokku.
Dawn ingħalqu u flokhom, fl-1676, inbniet il-knisja dedikata lil Santa Marija
li tkabbret fl-1961. Il-Qriema wkoll huma devoti lejn il-qaddisin protetturi kontra l-pesta. Nhar
l-14 ta’ April 1676 saret purċissjoni penitenzjali waqt Ii l-aħwa Dun Giovann u
Giorgio Cauchi għamlu rikors il-Kurja sabiex iwaqqgħu ħames knejjes zħar, biex
flokhom jibnu knisja ddedikata Iil Santu Rokku. Din il-wegħda twettqet izda flok
Iil Santu Rokku, il-kappella l-gdida kienet dedikata lit-twelid taI-Madonna
{il-Vitorja). F’din ii knisja gie ddedikat artal għal Santu Rokku.
Fiż-Żurrieq,
fil-parroċċa ta’ Santa Katarina nsibu l-fratellanza ta’ Santu Rokku. Din
twaqqfet fl-1606 u hija l-unika fratellanza f’Malta ta’ dan il-qaddis li għadha
attiva. Il-festa f’gieħ il-qaddis issir it-tielet Ħadd ta’ Settembru.
Il-fratellanza għandha vara tal-kartapesta tal-qaddis, xogħol l-istatwarju Għawdxi
Wistin Camillieri. Il-fratelli jilbsu muzetta ħadra bl-emblema tal-qaddis u
kurdun aħdar ma’ qaddhom u kuruna tar-Rużarju.
Fit-toroq tagħna
Fit-toroq
Maltin insibu xejn anaqas minn 35 niċċa bi xbieha ta’ Santu Rokku. L-akbar
numru ta’ dawn in-niċeċ insibuh f’Ħal Qormi uf’Ħaż-Żebbuġ fejn hemm 6 niċeċ li
juru lill-qaddis f’kull raħal minnhom. F’Birkirkara, fil-Belt Valletta, f’Ħal
Luqa, f’Ħal Balzan u f’Ħal Kirkop insibu żewġ statwi f’kull waħda minn dawn
il-lokalitajiet filwaqt li f’Tas-Sliema, , fiż-Żurrieq, fis-Siġġiewi, f’San
Ġiljan, f’Santa Venera, fil-Qrendi, fl-Imsida, l-Imqabba, f’Ħal Lija, f’Ħal
Għaxaq u fil-Birgu nsibu niċċa bi statwa ta’ Santu Rokku f’kull raħal jew belt
minnhom. Fiż-Żejtun insibu statwa tal-qaddis fuq iz-zuntier u oħra f’niċċa
Madwar Malta nsibu
għadd ta’ toroq imsemmija għal Santu Rokku: Birkirkara, il-Kalkara, l-Imdina, il-Mosta,
Ħal Qormi, ir-Rabat, Ix-Xagħjra, iż-Żejtun
u ż-Żurrieq. F’Ħal Għaxaq minbarra triq hemm ukoll misraħ b’isem il-qaddis.
In-naħa tal-Kalkara nsibu l-Forti Santu Rokku.
Fit-taqbil
Dan
il-qaddis insibuh imsemmi f’żewġ taqbiliet Maltin. Billi kien hem żmien li
kienu jsiru t-tiġrijiet tal-bhejjem fil-festa tiegħu it-tnejn li huma jagħmlu
riferenza għal xi tiġrija taż-żwiemel. . Aktarx li dawn it-tiġrijiet kienu
jsiru l-Ħadd qabel is-16 ta’ Awwissu, jum il-festa ta’ Santu Rokku. Dawn it-tiġrijiet jissemmew fit-taqbila
popolari:
Ninu, Ninu tal-Milied
Ommi għamlet il-qagħqiet
Il-qagħqiet
tal-qastanija
Santu Rokku
tat-Tiġrija.
Għaddew il-festi kollha
Baqa’ biss Santa Marija.
Taqbila oħra inqas popolari li hi marbuta mat-tiġrijiet ta’
Santu Rokku hi din:
Santu Rokku
tat-tiġrija
Għandna żiemel
intellquh
‘K jiġi l-ewwel kemm
inħobbu
‘K jiġi l-aħħar kemm
intuh.
Hemm aktar x’ngħidu u xi nsemmu dwar dan il-qaddis fosthom
xbihat impittera tiegħu, imma għal-lum nieqfu hawn.
Fr Reno Muscat
Dan l-artiklu deher f'In-Nazzjon - 14 ta' Mejju 2022
Nessun commento:
Posta un commento