Meta wieħed ikun qiegħed idur il-belt ta’ Napli
bla ma jrid jintebaħ bl-għadd ta’ knejjes li jinstabu f’ din il-belt antika u
sabiħa. Forsi wieħed jistaqsi kif f’ Napli insibu dawn il-knejjes kollha.
Tajjeb niftakru li għal bosta snin dinil-belt keinet imperu. Ma rridux naħsbu
fuq Napli u fuq l Italja tal-lum imma rridu nġibu quddiem għajnejna
is-sitwazzjoni qabel l-unifikazzjoni tal-Italja, fl-1861, meta allura Napli
kienet il-kapitali tar-renju taż-żewġ Sqalliji, (Regno delle Due Sicilie). F’ din il-belt kapitali bosta ordnijiet reliġjużi
kif ukoll id-djoċesi ħasbu biex jibnu knejjes sbieħ u jimlewhom bl-aqwa opri
tal-arti. Illum dawn il-knejjes huma ġojjelli ta’ arti li jirrakkuntaw ukoll
storja glorjuża. Ejjew naraw ftit xi wħud mill-aktar knejjes popolari li nsibu
f’ din il-belt meraviljuża, knejejs li għenu sabiex din il-parti tal-belt issir
wirt tal-umanità, iddikjarata mill-UNESCO fl-1995.
Duomo tà Napli |
Ma nistgħux nibdew jekk ma nsemmux lil San Ġennaro u d-duomo iddedikat lilu
sewwasew fiċ-ċentru tal-belt. Biex ngħidu s-sewwa dan il-kattidral huwa
ddeidikat lill-Assunta imma l-ebda Naplitan ma jgħidlek dan għax kulħadd jafu
bħala d-duomo ta’ San Ġennaro. Dan il-kattedral huwa mibni fuq il-fdalijiet ta’
żewġ knejjes qodma u nbena fis-seklu telttax. Mibarra il-bosta opri artistiċi
li nsibu hawnhekk insemmu biss il-kappella ta’ San Ġennaro fejn insibu bosta
opri tal-arti kemm bħala pittura kif ukoll bħala skultura fil-fidda. F’ din
il-kappella hemm mizmuma l-aktar relikwija għażiża għan-Naplitani, l-urna
bid-demm ta’ San Ġennaro li kull kull l-ewwel sibt ta’ Mejju u fid-19 ta’
Settembru waqt li jiġi esebit lill-pubbliku. Meta dan id-demm ma jdubx
in-Naplitani jemmnu li jkun ġej l-inkwiet fuq belthom. Faċċata tan il-kappella
insibu kappella oħra sabiħa fejn fiha hemm il-fdal ta’ santa Restituta. F’
danil-kattedral hemm ukoll l-oqbra tal-Papa Innoċenż IV u tas-Sultan Karlu
l-ewwel ta’ Napli.
Mhux bogħod wisq mill-kattedral insibu il-Knisja ta’ San Paolo Maggiore. Din
hija knisja barokka mibnija fuq il-fdal ta’ tempju pagan iddedikat lil
Dioskuri. Fl-1538 din il-knisja għaddiet f’idejn it-Teatini, ordni ta’ kanoniċi
regulari imwaqqfa minn San Gejtanu. Dawn bnew mill-ġdid din il-knisja fil-forma
li għandha llum. Din il-knisja inlaqtet mill-bombi tal-allejati fl-1943.
Dakinhar intilfu bosta freski antiki u minkejja li l-knisja reġgħet imbniet
il-ħsara artistika mitlufa hija waħda irreparabbli. Xorta waħda għad fadal fiha
bosta opri tal-arti li mhxu ta min jitlef l-okkażjoi li jarahom. Taħt din
il-knisja insibu l-kripta sabiħa li fiħa il-fdal ta’ San Gejtanu. Il-qabar huwa
tal-irħam abjad mill-isbaħ. F’ din il-kripta jista wkoll isir quddies fuq
il-qabar ta’ dan il-qaddis.
San Domenico Maggiore |
Quddiem San Paolo Maggiore insibu il-Bażilika ta’ San Lorenzo Maggiore.
Hija knisja sabiħa li mhux ta’ min ma jżuriex. L-istil arkitettoniku tagħha
huwa wieħed xi ftit differenti mill-knejjes l-oħra li semmejna sa issa imma
hemm biċċiet ta’ arti rinaxximentali li jkun dnub li wieħed jgħaddi minn hemm
bla ma jarahom.
Mhux bogħod wisq insibu il-bażilika ta’ San Domenico Maggiore. Din hija
waħda mill-aktr knejjes importanti mill-punt storiku u artistiku. Hija knisja
kbira ħafna u fiha għadd ta’ kappelli laterali. F’ kappelal minnhom insibu
is-salib li jingħad li kelelm lil San Tumas ta’ Akwinu. Is-saqaf tal-knisja
huwa tal-injam u għandu stil tassew sabiħ. Fis-sagristija tal-knisja insibu
l-fdalijiet tas-sovrani aragoniżi. Interessanti l-fatt li f’ din is-sagristija
insibu midfun lil Richard Luke
Concanen, l-ewwel isqof kattoliku ta’ New York. iL-knisj ahija msebbħa b’ għadd
kbir ta’ opri artistiċi.
Gesu Nuovo |
Qrib ħafna ta’ San Domenico insibu il-kappella magħrufa bħala ta’
Sansevero. F’ din il-kappella barokka insibu numru kbir ta’ opri artistiċi
fosthom skultura fl-irħam. Ma nistgħux ma nsemmux l-istatwa ta’ Cristo velato.
Minkejja ċ-ċokon tal-kappella l-għadd ta’ opri artistiċi huwa kbir ħafna.
Qrib ukoll insibu il-knisja ta’ Santa Kjara, knisja gotika li jmiss magħha
għandha kjostru mill-isbaħ li ta’ min iżuru. Ftit passi bogħod insibu il-knsija
Del Gesu Nuovo. Knisja kbira u sabiha iddedikata lit-Trinità imma magħrufa
bħala Gesu Nuovo. Hija knisja kbira mimlija skultura, pittura u opri oħra
tal-arti. L-irħam intarzjat li nsibu f’ din il-knisja jixhed b’liema devozzjoni
keinu jzommu id-dar ta’ Alla in-Naplitani. F’ din il-knisja insibu l-fdalijiet
ta’ San Giuseppe Moscati, it-tabib qaddis. Insibu wkoll mużew dwar dan
il-qaddis ta’ żmienna.
Ma nistgħux imħallu barra il-knisja ta’ San Franġisk ta’ Paola. Din
il-knisja tagħmel parti mill-palazz irjali li jinsab sewwasew quddiem il-Knisja
fi Paizza Plebbiscito. Din il-knisja neoklassika inbniet mir-re Federiku
l-ewwel bħala ħajr lil dan il-qaddis talli reġa ġa f’ idejh ir-renju. Hija
mibnija forma tonda u l-koppla tagħha hija għolja 53 metru. Fiha jsiru bosta
tiġijiet u jekk wieħed ikun ixxutjat biżżejjed jista jekk ikun hemm xi tieġ
jidħol iżurha.
Għamilma mixja ta’ mhux aktar min kilometru u nofs, jew tnejn, imma dakli
żorna ħadna lura sekli sħaħ. Dawn huma ġojjelli ta’ arti u storja. Kull pass li
wieħed jagħmel f’ dan il-knejjes ikun qiegħed jgħix l-istorja. Kull fejn taqa’
ħarstu ssib xi opra li warajha minn jaf
kemm-il storja, kemm-il- leġġenda, kemm-il wegħda hemm moħbija warajha. Napli, il-belt
li darba kienet il-kapitali ta’ imperu llum għadha tista’ tiftaħar li għandha
dawn il-ġojjelli ta’ storja u arti, ġojjeli li l-kliem ma jistax ifissirhom u
l-kitba tista’ tnaqsilhom mill-glorja tagħhom għax huma wisq sbieħ biex
tiddeskrivihom.
Fr. Reno Muscat OP
Nessun commento:
Posta un commento