Spiss nisimgħu
minn isemmi l-kelma “Lobby” jew “Lobbiżmu” forsi ftit li xejn nintebħu kemm
anke f’ pajjiżna sar “lobbying” li f’ ċerti każi biddel il-mod ta’ kif
jaħsbuha l-Maltin. Lobbying ma huwa xejn
għajr grupp li jagħmel pressjoni. Dan huwa differenti mir-relazzjoni pubblika għax
dan tal-aħħar għandu l-għan li jpoġġi l-grupp jew l-organizazzjoni f’ pożizzjoni
aktar magħrufa imma l-lobbiżmu jinfluwenza lil min għandu l-poter li jieħu
ċertu deċiżjonijiet.
Film komiku

Barra l-kamra
Il-lobby hija
il-kamra ta’ barra, l-intrata li twasslek għall-kamra prinċipali. Il-ħsieb wara
l-isem tal-gruppi li jagħmlu pressjoni jittieħed mill-kurutur jew aħjar il-lobby li jkun hemm barra l-kamra tal-parlament.
Hemmhekk jistgħu jiltaqgħu membri parlamentari minn kull partit u jitkellmu
bejniethom dwar suġġetti varji. Ikun hemm membri li minkejja li ma jkunux fuq
l-istess naħa tal-kamra jkollohom interessi komuni u jingħaqdu f’ grupp ta’
lobbying biex jagħmlu pressjoni fuq il-gvern dwar ċerti kwistjonijiet u fuq
l-oppożizzjoni biex taqbel mal-proposti tal-grupp. Imma dil-ħaġa ma ssirx biss
fil-parlameti iżda nsibuha kull fejn teżisti xo forma ta’ organizazzjoni.
Jeżistu aġenziji li xogħolhom huwa l-lobbying. Fil-film li semmejt aktar il
fuq, bin Nick jistaqsieh jekk hux kulħadd jista’ jaħdem f’ dan il-qasam.
Missieru wieġbu fin-negattiv għax skont hu, biex taħdem fil qasam tal-lobbying
irid ikollok moralità flessibili.
F’ Malta

L-unjoni ċivili
li qiegħda fuq l-aġenda ta’ pajjiżna hija wkoll frott ta’ grupp ta’ pressjoni,
jew aħjar frott ta’ lobbying. Ma jfissirx li l-membri parlamentari li jivvutaw
favur liġi li tirrikonoxxi l-unjoni ċivili ma humiex miżżewġin b’mod regolari
bħalma ma jfissirx li dawk li vvutaw favur id-divorzju ma għandhomx żwieġ
stabbli. Xejn minn dan.
Issa nibet grupp
ta’ pressjoni kontra l-bejgħ taċ-ċittadinanza Maltija. Jekk isir lobbying tajjeb
minn dan il-grupp għandu mnejn iwassal lill-gvern jibdel il-pożizzjoni tiegħu.
Min jaf iktar il quddiem kemm lobbying għad isir ġewwa pajjiżna dwar
deċizjonijet importanti. Il-lobisti ma humiex xi mostri, huma nies li jagħtu
każ tal-minoranzi anke jekk ma jkunux jagħmlu parti minn xi waħda minnhom u jagħmlu
pressjoni biex id-deċizzjoni li
tittieħed tkun favur il-kawża li jkunu qegħdin
jiddefendu.
Fr Reno Muscat OP
Dan l-artiklu deher f' In-Nazzjon , 23 ta' Novembru 2013
Nessun commento:
Posta un commento