Spiss konna nisimgħu li nqabdu ammort ta’ diski jew dvds ikkuppjati u ġew
distrutti. Donnu dal-fenomenu naqas kemm minn pajjina kif ukoll minn pajjiżi
oħra Ewropej fejn hemm liġi li tħares id-drittijiet tal-awtur. Imma kemm
tabilħaqq id-drittijiet tal-awturi huwa mħares illum il-ġurnata meta fuq
l-internet tista’ ssib kollox?
Mużika u films
Mit-televiżjoni
għall-Internet
Il-piraterija fuq l-internet hija r-riproduzzjoni illegali u / jew
id-distribuzzjoni ta’ kwalunkwe fajl diġitali kopert bil-copyright li jista’jkun mibgħut fuq l-Internet. Dan jista’ jsir fuqfajls
ta’ mużika, videos u films, e-book, software, u materjali oħra. Dawk li għandhom
x’jaqsmu f'din it-tip ta’ piraterija spiss iwettqu xogħohom fuq l-Internet
stess, jirreklamaw u jbiegħu xogħolhom kollox mill-internet.Din saret problema ta’
kriminalità dinjija, minħabba li reat bħal dan jista’ faċilment isir u jista’
jsir ukoll minn pajjiżi fejn il-liġi tkun differenti minn dik tal-pajjiż
tal-awtur.
Din hija kelma jew aħjar akronomu tal-kliem Haute Autorité pour la
diffusion des œuvres et la protection des droits sur internet,liġi Franċiża li tippromovi xogħol kreattiv u
tipproteġih minn tixrid bl-addoċċ fuq l-internet. Din il-liġi għaddiet fl-2009
u minn dak iż-żmien sar bosta lobbying
dwarha. Kien hemm min kien favur imma ħafna kienu kontra. Tassew li fi Franza
hemm il-liġi tad-drittijiet tal-awturi u din tipproteġi lil kull tip ta’ awtur
jew artist, imma kemm huwa faċli tikkontrolla ix-xibka kollha tal-internet?
Mill-banda l-oħra din il-liġi setgħet tillimita wkoll l-opra. Fost oħrajn il-British Featured Artists Coalition
kienet għal kollox kontra din il-liġi. Fit-13 ta’ Lulju li għadda il-ġvern
Franċiż warrab għal kollox din il-liġi. B’ hekk ma għandniex nifhmu li l-gvern
Franċiż huwa favur il-piraterija tal-opri artistiċi, letterali jew oħrajn fuq
l-internet, imma għandna nifhmu li kien impossibli tattwa għal kollox liġi bħal
din. FI ftit kliem ilollna nammettu li l-piratreija online ma hijiex xi ħaġa
faċli biex tikkontrollaha.
Fr. Reno Muscat OP
Dan l-artiklu deher f' In-Nazzjon 4 ta' Jannar 2014
Nessun commento:
Posta un commento