
Qabel u llum
Huwa fatt magħruf li sa ftit għexieren ta’ snin ilu il-livell
tal-edukazzjoni f’ pajjiżna ma kienx dak li huwa llum. Student li kien jasal
sas-sixth form u jirnexxielu jġib
ftit A levels kien jista’ jgħid li
kellu livell tajjeb biex ikun jista’ jaħdem f’ċertu xogħol. Illum ma għadiex
hekk l-istorja. Illum biex wieħed ikollu livell bħal dak li qed insemmu jrid
iġib lawrja mill-università. Biex nerġgħu lura għall-argument li bdejna bih
ikollna ngħidu li l-Knisja f’ Malta toffri minn skejjel tan-nuna, li llum
insejħulhom kindergarten, sal-livell
sekondarju u ftit postijiet fis-sixth
form. Għalhekk bniedem, irid jew ma jridx, biex iseġwi kors universitarju
irid jinqeda bl-edukazzjoni li joffri l-istat għax il-Knisja Maltija ma
għandiex università.
Min irid jistudja

Kultant tqum polemika dwar id-dħul tal-istudenti fl-iskejjel tal-Knisja.
Hemm xi tfal li għandhom vantaġġ fuq tfal oħra. Dawn it-tfal huma vantgaġġjati mhux
għax issir xi preferenza magħhom imma għax hemm xi regoli li jpoġġuhom
f’vantaġġ. Dawn huma dawk li ħuthom ikunu diġà fl-iskola tal-Knisja, tfal
b’każijiet umanitarji, ulied l-għalliema jew il-ħaddiema tal-iskola u issa
żdiedu wkoll xi tfal ulied imigrati li talbu kenn f’ pajjiżna.
Kienet din l-aħħar faxxa ta’ tfal li fetħet polemika kbira. Jien personalment
ma narax għalfejn kien hemm bżonn din il-polemika. La l-iskejjel tal-istat huma
tajbin daqs dawk tal-Knisja nemmen li dan il-pass min-naħa tal-Knisja
Maltija iktar huwa ta’ għajnuna
lill-gvern milli għajnuna lill-ulied l-imigranti. Għajnuna lill-gvern għax se
jkollu inqas problemi u spejjes u mhux għajnuna diretta lil dawn it-tfal għax
dawn xorta kienu ser imorru fi skejjel statali u għalhekk l-edukazzjoni kienet
sejra tingħatalhom xorta waħda.
Naf li mhux kulħadd ser jaqbel miegħi fuq dan il-punt u kulħadd għadnu
dritt jagħmel dan.
Fr. Reno Muscat OP
Dan l-artiklu deher f' In-Nazzjon 15 ta' Frar 2014
Nessun commento:
Posta un commento