L-2015 kienet iddikjarata mill-Papa Franġisku bħala s-sena tal-ħajja
kkonsagrata. Sena li fiha l-Knisja Kattolika suppost għandha tirrifletti aktar
mis-soltu fuq dawk il-membri tagħha li għażlu li jikkonsagraw lilhom infushom
lil Alla. Dawk li jgħixu l-ħajja kkonsagrata huma dawk li komunament
insejħulhom patrijiet jew sorijiet, għalkemm insibu wkoll persuni kkonsagrati
li la huma patrijiet u lanqas sorijiet, imma ejjew nillimitaw ruħna għal dawn
iż-żewġ kategoriji.
Papa mill-ħajja kkonsagrata

Għaliex mhux il-qassisin?
Bosta persuni ma jagħrfux id-differenza bejn patri u qassis. Forsi Malta
għad għandna xi ftit għarfien ta’ dawn iż-żewġ ħajjiet differenti, biss f’
bosta pajjiżi oħra ssib min ma jagħmilx distinzjoni bejniethom. Il-qassis ma
jkunx jgħix f’ kunvent imma jgħix fid-dar tiegħu. Ir-reliġjuż, jiġifieri
l-patri jew is-soru, jgħixu f’ kunvent. Il-qassis wara li jispiċċa s-snin
tal-formazzjoni jerġa’ lura biex jgħix mal-familja tiegħu ġewwa d-dar, il-patri
jibqa’ fil-kunvent. Ir-reliġjuż iwiegħed li jgħix il-faqar, il-kastità u l-ubbidjenza
f’ dik li tissejjaħ professjoni. Il-qassis ma jagħmilx professjoni. Il-qassis jaqa’ direttament taħt l-isqof,
il-patri għandu l-provinċjal, il-gwardjan jew il-pirjol bħala s-superjuri
tiegħu. Dan ma jfissirx li ma huwiex taħt l-isqof, imma xi deċiżjonijiet dwaru,
per eżempju f’ liema kunvent ikun assenjat, ma jidħolx l-isqof fihom imma
s-superjur tal-patri stess. Mill-bqija patri u qassis huma t-tnejn saċerdoti u
s-sagrament tal-Ordni Sagri li ħadu huwa l-istess għat-tnejn.
Itolbu lil sid il-ħsad
Minbarra t-talb jeħtieġ ukoll li l-ħajja fil-kunventi taġġorna ruħha.
L-ambjenti f’ xi kunventi għadhom dawk ta’ meta nbnew, mijiet ta’ snin ilu. Xi
wħud iġibu l-iskuża bil-faqar li r-reliġjużi jwegħdu li jgħixu. Hemm min
jiskandalizza ruħu jekk patri jkollu l-aktar ħtiġijiet bażiċi fil-kamra, u
għalhekk għadna nsibu kunventi fl-Ewropa tal-2015 li l-kmamar tagħom jonqoshom
kollox. Imma dan ma huwiex il-faqar Evanġeliku,
dan huwa miżerja u tmexxija ħażina tal-ġid komuni. Dan huwa eżempju wieħed
biss, u eżempju ħafif, għax jekk wieħed jibda jsemmi, hemm ruxmata x’ jikteb
aktar.
Tajjeb nitolbu għal ħaddiema ġodda, imma tajjeb ukoll li ma ninsewx li min
diġà beda jaħdem fl-għalqa.
Mhux tad-dinja imma
fid-dinja

Mhux faċli tibdel mentalità, imma sena ddedikata għall-ħajja kkonsagrata
għandha mnejn titfa’ ftit dawl fuq ħafna realtajiet. Nispera li din ma tkunx
biss sena li tgħaddi bħal bosta oħrajn u t-trab nibqgħu nitfgħuh taħt it-tapit
biex jiżdied ma’ dak li ilna nitfgħu.
Fr Renò Muscat
Dan l-artiklu deher f' In-Nazzjon, 7 ta' Marzu 2015
Nessun commento:
Posta un commento