F’għajnejna, mitt
sena huma medda twila ta’ snin għaliex meta nitkellmu fuq mitt sena ilu, ħadd
minna ma jiftakar, imma għall-istoriċi mitt sena ma humiex wisq. Madanakollu
mitt sena jafu jbiddlu d-dinja ta’ taħt fuq, bħalma fil-fatt ġara dawn l-aħħar
mitt-sena.
Il-gwerra l-kbira
Mitt sena ilu
d-dinja kienet għaddejja mill-ewwel gwerra dinjija, magħrufa ma’ ħafna bħala
l-gwerra l-kbira. Din tabilħaqq kienet kbira għaliex sa qabilha l-gwerer kienu
jinvolvu suldati u armati biss, iżda din il-gwerra involviet lil kulħadd.
Kulħadd kellu jagħti sehmu, min b’ mod u min b’ ieħor, biex il-gwerra tiġi
miġġielda. Ma kienx hemm età, min hu f’saħħtu jmur fuq il-kamp tal-gwerra u min
ma jistax imur jista’ jagħmel xogħol ieħor reletat mal-gwerra f’xi fabbrika. Għalhekk issejħet kbira din
il-gwerra.
Arras
Arras 1917 |
Arras hija belt
fit-tramuntana ta’ Franza. Din hija l-belt li fiha twieled Maximilien
Robespierre, avukat politiku mill-aktar influenti fir-Revoluzzjoni Franċiża. Belt
interesanti anke fl-isem tagħha għaliex kontra l-maġġoranza tal-kliem Franċiż,
l-Esse tal-isem tiġi pronunzjata u għalhekk ma ngħidukliex “Arra” imma naqrawha
kif tinkiteb.
Fil-bidu tas-sena
1917 l-Ingliżi u l-Franċiżi kienu għadhom ifittxu kif sejrin jidħlu waħda u sew
fil-Ġermanja Nażista. Saru taqbidiet li ħadu l-ħajja ta’ bosta suldati iżda
kollu ta’ xejn. Bejn id-9 ta’ April u s-16 ta’ Mejju 1917 saret it-tieni
Battalja ta’ Arras. L-ewwel battalja f’din il-belt seħħet fl-1914 u fl-inħawi
ta’ madwarha saru għadd ta’ battalji oħrajn. Matul il-gwerra din il-belt
sofriet bosta telf mhux biss ta’ ħajjiet iżda anke ta’ bini. Fil-fatt tliet
kwarti tal-belt kellha tinbena mill-ġdid wara l-gwerra.
Arras kienet maħkuma mit-truppi Ġeramniżi waqt
it-tieni gwerra dinjija.
Arras 2017 |
Illum, mitt sena
mill-battalja ta’ Arras, din il-belt saret wħada ta’ attrazjoni turistika, l-aktar
għaliex faċli tasal għaliha bil-karozza kemm minn Londra kif ukoll minn
Brussell, sagħtejn ferrovija kollox. F’din il-belt wieħed jista’ jgawdi
s-sbuħija ta’ arkitettura tal-post. Il-qalba tal-belt hija l-pjazza prinċipali,
imsejħa Grand Place. Fiha wieħed jista’ jammira l-knisja ta’ San Gaston jew kif
isejħulu l-Franċiżi, SArraaint Vaast. Din il-pjazza hija wkoll l-aktar ċentru
kummerċjali tal-post u sa minn sekli ilu, jintrama s-suq fiha. Fiha jsir ukoll
dak li jissejjaħ Il-Main Square Festival ,
fl-ewwel tmiem il-ġimgħa ta’ Lulju. Dan huwa festival ta’ mużika pop u rock li
ilu jsir kull sena mill-2004 u llum daħal fil-kalendarju kulturali tal-belt.
X’differenza minn
mitt sena ilu!
Fil-Portugall
Fatima 1917 |
Din is-sena
qegħdin infakkru l-ewwel ċentinarju mid-dehriet li seħħew ġewwa Cova da Iria qrib ir-raħal ta’ Fatima
fil-Portugall. Dan id-daqxejn ta’ raħal, mitt sena ilu kien post tal-bdiewa u
raħħala, nistgħu ngħidu minsi mhux biss mid-dinja imma anke mill-Portugiżi
stess. Xi jmorru jagħmlu ’l hemm? Ma kien hemm xejn. Imma l-istorja ta’ dan ir-raħal
kellha tinbidel. Tlett ijiem qabel intemmet il-battalja ta’ Arras fi Franza,
tlett itfal minn dan ir-raħal bdew jgħidu li kellhom dehra sopranaturali ta’
waħda mara liebsa l-abjad. Naħseb li lkoll nafuha l-istorja tad-dehriet
tal-Maodnna ta’ Fatima.
Fatima 2017 |
Illum, mitt sena
wara, dan ir-raħal inbidel u mhux talli ma għadux minsi mill-Portugiżi anzi sar
magħrtuf mal-erbat ijieħ tad-dinja. Ix-xorti ta’ dan ir-raħal hija marbuta
strettament mad-dehriet għaliex il-miljuni li jżuru dan il-post kull sena huma
kollha pellegrini li jmorru biex jaraw b’ għajnejhom dan il-post għażiż. Illum
anke l-bdiewa u r-rgħajja għebu minn Fatima u l-industrija prinċiapli tal-post
hija t-turiżmu reliġjuż.
X’differenza minn
mitt sena ilu!
Dawn huma biss
żewġ każi li ġraw mitt sena ilu. Żewġt ibliet li nbiddlu għal kollox min dak li
kienu seklu ilu. Arras minħabba l-gwerra u Fatima minħabab d-dehriet. Tiskanta
d-destin ta’ belt jew raħal.
Min jaf in-nies
ta’ Arras mitt sena ilu kemm kellhom qalbhom ittaqtaq, jibżgħu li kollox sejjer
jintemm, belthom, darhom familthom. Kienu bosta d-djar u bini ieħor li ġġarraf,
imma bid-determinazzjoni reġgħu ttellgħu biex illum jistgħu jiftaħru bihom u
jixtgħu jaqsmuhom mat-truisti li jmorru jżuru lil din il-belt Franċiża.
Min jaf mitt sena
ilu ir-raħaħla ta’ Fatima kemm iddubitaw mill-verità ta’ dak li keinu qed jgħidu
tlett itfal żgħar mir-raħal tagħhom stess. Ma nagħtihomx tort għax mhux ħaġa li
tiġri kuljum dak li ġara f’raħalhom! Min qatt kellu jgħidilhom li sa mitt sena
wara din ir-roqgħa art se ssir magħrufa mad-dinaj kollha?
Le mhux wisq mitt
sena għall-istoriku, imma huma biżżejjed biex ibbiddlu storja. Hawn rajna biss
żewġ każi li seħħew sewwasew mitt sena ilu. Bħalhom hemm mijiet.
Fr Reno Muscat
Nessun commento:
Posta un commento