F’dawn il-jiem
fejn pajjiżna jiċċelebra l-festa tal-wasla ta’ San Pawl f’artna, nixtieq naqsam
magħkom xi tagħrif dwar waħda mill- Bażiliċi Papali li bħala titular għanda lil
San Pawl. Qiegħed nirreferi għal San Paolo Furi le Mura f’Ruma. Hija it-tieni
l-akbar Bażilika Papali wara dik ta’ San Pietru fil-Vatikan. Tinsab fuq Via
Ostiense, fuq ix-xatt tax-xmara Tevere, madwar żewġ kilometri bogħod mis-swar
li l-Imperatur Awreljanu kien bena madwar il-belt ta’ Ruma bejn is-snin 270 u
275 sabiex iħarsu l-belt mill-attakki tal-barbari. Minn hawn ħadet isimha din
il-Bażilika, fuori le mura tfisser il
barra mis-swar tal-belt. Hawnhekk
tradizzjonalment huwa l-post fejn kien jinstab il-qabar tal-Appostlu San Pawl.
Fil-fatt din il-knisja tinstab madwar tliet kilometri bogħod mill-kumpless ta’
knejjes imsejjaħ Tre Fontane, il-post
fejn il-qaddis kien sofra l-martirju. Il-qabar tal-Appostlu jinstab sewwasew
taħt l-altar Papali fil-Bażilika. Għal
din ir-raġuni, matul is-sekli, hawn dejjem kien post ta’ pellegrinaġġ. Sa
mis-seklu VII il-qabar tal-Appostlu kien fdati lill-patrijiet Benedittini
tal-Abazija li jmiss mal-Bażilika ta’ San Pawl.
Knejjes

Il-Bażilika li
kien bena Kostantinu biż-żmien saret ċkejkna wisq biex taqdi l-ħtiġijiet
tal-pellegrini li bdew iżuru dan il-post. Għalhekk dik twaqqgħet u fis-sena 390
u minflokha bdiet tinbena oħra. Matul il-lejl tal-15 ta’ Lulju tas-sena 1823
nar kbir ħakem lil din il-Bażilika. Dan in-nar
qered tista’ tgħid din il-knisja għal kollox. Bosta opri nqerdu, imma
fortunatament it-tribuna, il-gandlier tal-blandun u l-apside ħelsuha ħafif.
Tinbena mill-ġdid
Fl-1825 il-Papa
Ljun XII kiteb l-enċiklika Ad plurimas u
fiha ħeġġeġ lill-isqfijiet sabiex jagħmlu ġabra mingħand il-fidili bl-iskop li
tinbena mill-ġdid il-Bażilika ta’ San Pawl. L-appell tal-Papa intlaqa’ tajjeb
ħafna u bdew jaslu flus kbar mingħand l-Insara tad-dinja kollha. Fost
id-dinjitarji li taw sehemhom għall-bini mill-ġdid ta’ din il-knisja insibu
r-Re Karlu Feliċ ta’ Sardenja, ir-Re Karlu X ta’ Franza, ir-Re l-ġdid,
Franġisku I tar-Renju ta’ Napli u Sqallija kif ukoll il-Kżar Nikola I
tar-Russja u Ibraħim Pascia Viċire tal-Eġittu. Is-sena ta’ wara nbeda ix-xogħol tal-bini
mill-ġdid tal-bażilika li baqa’ sejjer sal-1874. Fit-23 ta’ April, 1891
splodiet il-fabbrika tal-polvri Forte Portuense li kienet tinsab fil-qrib.
Bl-isplużżjoni tkisser
il-ħġieġ ikkulurit u ddisinjat tat-twieqi li kien sar fl-1830. Minflok il-ħġieġ
wara tqiegħdu folji rqaq tal-alabastru li kienu ingħataw mir-Re Fuad
tal-Eġittu. Fl-1928 tlesta l-kjostru meraviljuż li hemm quddiem il-knisja. Fl-2006
sar xogħol biex il-qabar tal-Appostlu Pawlu biex dan ikun jista’ jidher minn dawk li jżuru
l-Bażilika.
Barra u ġewwa

Hemm ukoll mużew u
sala b’bosta kwadri ta’ artisti varji. Hemm ukoll il-monasteru tal-patrijiet
Benedittini li ilu mwaqqaf mijiet kbar ta’ snin. Minkejja li din il-bażilika mhix
fiċ-ċentru sewwa ta’ Ruma, ta’ min iżurha.
Fr Reno Muscat
Dan l-artiklu deher f'In-Nazzjon - 8 ta' Frar 2020

Nessun commento:
Posta un commento