Xi ftit tax-xhur ilu kont ktibt artiklu waqt li kont fuq il-ferrovija li minn Napli kienet qed twassalni Ruma. Kont hsibt li dakinhar kienet sejra tkun l-ahhar darba li kont sejjer naghmel vjagg bejn dawn iz-zewgt ibliet. Imma ma kienx hekk. Ergajt zort Napli. Ergajt zort lill-hbieb. Nghid id-dritt hemmhekk ghandi hbieb li maghhom inhossni fil-familja, inhossni qisni f'dari. Inzertajt il-festa tal-gilji. X'inhi din il-festa? In-Naplitani, nies tal-bahar, nies mediterranji bhalna, jhobbu jiccelebraw, ihobbu l-istrobju u l-frattarija, jhobbu d-daqq u z-zfin u n-nar tal-art u tal-ajru u l-musketterija u jhobbu lill-qaddisin u jhobbu s-sagru u jhobbu wkoll il-profan. Waqt li l-ferrovija qeghda titbieghed minn din il-belt, jiena qed nikteb dak li gie f'mohhi!
Intant mort gimgha Napli. Kien ghadu kemm ghadda id-dsatax ta' Settembru, jum il-festa ta' San Gennaro. Il-jum li fih idub id-demm ta' dan il-qaddis. Kemm-il darba ma jdubx, in-Naplitani jemmnu bis-shih li jkun gej l-inkwiet ghalihom. Sabiex nghidu s-sewwa, anke meta jdub id-demm ta' dan il-qaddis martri, l-inkwiet jigi wkoll, ghax l-inkwiet huwa parti mill-hajja. Intant dis-sena d-demm inhall. U ftit jien wara, fil-kwartier li fih kont jien, saret il-festa tal-gilji. X'inhi din il-festa? Il-gilju ma huwiex il-fjur imma huwa struttura tal-injam, donnha torri twil twil li fuqu jkun hemm xi xbiegha jew simbolu. L-gholi ta' dawn il-gilji jkun ta' madwar erba' jew hames sulari. Fin-naha ta' isfel ikollu bsaten twal sabiex mijiet ta' rgiel, zghazagh u mhux, jidhlu tahthom u jgorru l-gilju fuq spallejhom. Sewwasew fuq il-bsaten ikun hemm bhal pjattaforma li tilqa' fuqha numru ta' bandisti, sitta, sebgha, tminja jew anke ghaxra. Kull parti tal-kwartier ghandha il-gilju taghha u meta ssir il-festa tal-gilji jiltaqghu lkoll flimkien. Ikun hemm erbgha jew hames gilji jduru wara xulxin. Insomma festi kbar, daqq, sparar ta' murtali, kuluri, helu, gugarelli, birra u dak kollu li wiehed jista' jimmagina li jsib f' festa. L-arlogg ma jikmanda l-hadd u d-daqq u l-istorbu qatt ma taf meta jieqfu. Minbarra dawn il-festi mbaghad hemm il-festi parrokkjali, li f' Napli jsiru bl-akbar rispettu u devozzjoni, kuntratjament ghall-festi tal-gilji.
Haga wahda biss ma tidholx f' dawn il-festi. Il-Knisja. Huma festi totalment profani. Minkella li xi gilji jissemmew ghall-qaddisin, imma bl-ebda mod ma huma celebrazzjoni sagra.
Ma kienitx l-ewwel darba li nzertajt il-festa tal-gilji, u dejjem xebbahthom mal-festi esterni taghna l-Maltin. Daqq, zfin, briju, storbju, birra, ikel u l-kumplament. Ghaddejna sajf nisimghu li dalwaqt sejrin johorgu direttivi godda ghall-festi parrokkjali. Hemm bzonn! Jalla ma jdumux ma johorgu u jalla dawk responsabbi mill-festi jilqghu dawn id-direttivi bl-aktar mod matur. Jalla kulhadd jifhem li s-sagru ghandu l-iskop li jressaqna lejn Alla l-imbierek u mhux jaghtina l-okkazzjoni biex nghajru lil dak li ma jaqbilx maghna, biex niskru u nitbahartu.
U jekk ahna mediterranji, jekk ahna nies li nhobbu l-festi, nistghu nikkuppjaw lin-Naplitani. Ejjew inhalli l-festi tal-Knisja tabilhaqq festi tal-Knisja. U jekk irridu niddevertu ejjew insibu modi ohra. B'dan li ktibt ma rrid bl-ebda mod ninftiehem li jiena kontra l-festi parrokkjali, xejn minn dan. Jien biss konta l-esegerazzjoni u dak li jmur kontra s-sens ta' festi religjuzi.
Br. Reno Muscat O.P.
Dan l-artiklu kein deher f' In-Nazzjon madwar 6 snin ilu.
Nessun commento:
Posta un commento