Għamilt ftit
kontijiet dwar xi diskors li wasalli.
Qabel żmien
il-festi mort sal-kunvent tar-Rabat u sibt xi xogħol għaddej. Qaluli li kienu
qegħdin ilestu l-kamra li fiha sejjer joqgħod l-Isqof Emeritus Pawl Cremona.
Meta staqsejt meta kien hemm ħsieb li Mons. Cremona jitlaq id-dar ta’ H’ Attard
u jmur jgħix ir-Rabat weġbuni li għadhom ma jafux.
Persuna qaltli li
Monsinjur Cremona kien fi ħsiebu jibqa’
jgħix fid-dar ta’ H’ Attard sakemm jitħabbar l-Arċisqof il-ġdid u b’ hekk
il-ħaddiema tad-dar ma jsibux ruħhom ma jagħmlu xejn għal xi żmien. Din
il-persuna li qaltli dan il-kliem ma hijiex xi awtorità, imma aktarx semgħet dan
mingħand xi ħadd ieħor u jien qed nirrepeti bħal pappagall u xejn aktar.
Madanakolu ma jfissirx li ma jistax ikun li dan il-kliem huwa minnu.
Issa smajt li
Monsinjur Cremona se jibda jgħix fil-kunvent Dumnikan tar-Rabat lejn l-aħħar ta’
dan ix-xahar. Tgħid wasal biex jitħabbar Arċisqof ġdid? Tgħid sal-aħħar ta’
Jannar inkunu nafu min sejjer ikun is-suċċessur ta’ Mons. Cremona? Ma nafx, jien
qed naqsam il-ħsieb tiegħi biss!
Fr Reno Muscat
Nessun commento:
Posta un commento