Qabel l-1861,
is-sena li fiha saret l-unifikazzjoni tal-Italja, fil-penisola Italika kien
hemm bosta renji, prinċipati, stati u repubbliki. Fosthom konna nsibu dik hekk
imsejħa Repubblica Serenissima, belt-stat ta’ qawwa navali kbira, belt li
kienet iċ-ċentru merkantili tal-Adrijatiku. Meta it-territorjuta’ din
ir-repubblika kien integrat mat-teritorjun tar-renju tal-Italja ma bqajnniex
nisimgħu aktar bir-repubblika Serenissima imma bdejna nisimgħu bil-belt ta’
Venezja – belt unika fid-dinja fejn il-mezzi tat-trasport huma jew id-dgħajjes
u l-gondli jew inkella s-saqajn. Bosta huma dawk li jżuru din il-belt
maraviljuża, li għandha ċ-ċentru tagħha pjazza San mark. Meta wieħed isib ruħu
f’ din il-pjazza bla ma jrid jilmaħ fuq in-naħa l-oħra tal-hekk imsejjaħ Canal
Grande, gżira li fuha hemm ġmiel ta’ knisja. Din hija l-gżira msejħa San
Giorgio Maggiore li fuqha hemm il-Bażilika iddedikata lill-qaddis Ġorġi kif
ukoll monasteru ta’ patrijeit benedittini. Ġewwa dan il-monasteru flimkien ma’
bosta relikwi oħra insibu din is-sacra
reliqua tal-qaddis tagħna, relikwija li hija miżmuma bl-akbar għożża mhux
biss mill-patrijiet tal-monasteru imma mill-poplu venezjan kollu. Kien ċertu
patri Kalabriż bl-isem ta’ Marku li ġab din ir-relikwija fil-monasterut ta’
Venezja. Mill-ewwel din ir-relikwija ġibdet l-attenazjoni tal-Venezjani u
bl-interċessjoni tal-Qaddis Ġorġi u bit-talb quddiem din ir-relikwija, Alla
l-imbierek qala’ bosta u bosta grazzji. Il-fama tal-qdusija ta’ Ġorġi ġreit
bħal-leħħa ta’ berqa fir-Repubblica Serenissima u Ġorġi sar il-qaddis maħbub
ta’ din il-belt.
Venezja saret
ħaġa waħda ma’ San Ġorġ u dan tixhdu l-ġmiel ta’ knisja li nsibu fuq il-gżira
li ġġib ismu u li fiha tinżamm b’ tant għożża din is-sacra reliquia. Imma meta
jkollok qaddis ta’ kobor bħalma hu Ġorġi, kulħadd ikun jixtiequ. U għalhekk
insibu knisjan oħra ddedikata lil-dan il-martri ta’ Kristu. Qed nirrferi
għall-Knisja San giorgio degli Schiavoni li kienet il-knisja tal-akkademja, jew
skola tal-Dalmazja. Tmiss sewwasew mas-sede tal-kavallieri ta’ Malta, din
il-knisja tista’ tiftaħar b’ bosta opri tal-arti u fost oħrajn inisbu
il-magħrufa pittura tal-Carpaccio li turi lil san Ġorġ jissielet mad-dragun. Imma kif ngħidu aħna l-Maltin. Fuq tleita
toqgħod il-borma, fil-Belt ta’ Venezja insibu wkoll il-Kattidral tal-Griegi
Ortodossi li huwa wkoll iddedikat lil San Ġorġ. Imma dan mhux kollox, donnha li
l-borma Venezjana mhux bħal dik Maltija, għax fil-belt ta’ Venezja insibu wkoll
il-knisja Anglikana li tagħmel parti mid-djoċesi Anglikana tal-Mediterran li
hija wkoll iddedikata lil San Ġorġ Martri.
Dan kollu nsibuh
f’ Venezja, għax fl-Italja kollha nsibu madwar 240 parroċċa ddediakti lil
prinċep tal-martri, insibu madwar 40 Comune li jġibu ismu bħal San Giorgio a
Liri, San Giorgio in Bosco, San Giorgio di Piano, San Giorgio del Sannio, San
Giorgio a Cremano, San Giorgio Morgeto u bosta oħrajn. Bosta arem ta’ comuni
Taljani jġibu x-xbieha tal-qalbieni kavallier jissielet mad-dragun.
Imma ejjew
nerġgħu lura lejn Venezja, Kif għidna minn din il-belt kienu jgħaddu bosta
bċejjeċ navali, kemm merkantili kif ukoll militari. Il-baħrin venezjani ġarrew
magħhom id-devozzjoni lijen il-qaddis tagħna u dan nistgħu narawh sewwa
max-xatt tal-Adrijatiku. Biżżejjed insemmu l-knisja ddedikata lil San Ġorġ li
nsibu f# Piran fis-Slovenja, donnha sentinella tgħasses il-golf ta’ Trieste, u
aktar l isfel, il-knisja sabiħa ddedikata lil Ġorġi ġewwa Dubrovnik
fil-Kroazja, il-gżira b’ isem Ġorġi u l-knisja li nsibu mibnija fuqha fil-bajja
ta’ kotor fil-Montenegro. U xi ngħidu għall-Albanija? Wara 50 sena ta’
komuniżmu ateju iċċartet il-purtiera tal-ħadid u f’ din l-art minflok il-minġel
u l-martell reġa beda jidher is-salib glorjuz tan-Nazzarenu. U fost l-ewwel
knejjes li inbnew mill-Insara insibu dik iddedikata lil san Ġorġ martri, ġewwa
Lagja Mirdita, knisja mibnija minn flus benefatturi ulied din il-parroċċa
tagħna. Il-greċja hija miżgħuda b’ postijiet iddedikati li san Ġorġ u l-istess
ngħidu għat-Turkija, il-Kappadoċja, il-post fejn Ġorġi tagħna ħa l-ewwel nifs
tiegħu, il-post fejn Ġorġi tagħna għamel l-ewwel passi tiegħu, il-post fejn
Ġorġi tagħna kien imrobbi fid-din Nisrani. U xejn inqas insibu fit-Terra Santa,
Iżrael fejn insibu l-qabar tal-qaddis tagħna. U mhux biss imma anke fl-Egittu,
qalb l-Insara kopti insibu devozzjoni kbira lejn San Ġorġ, u b għaġeb kbir ta’
bosta, anke fil-Libja, propju ġewwa Tripli fil-Pjazza li qabel kienet tissejjaħ
pjazza l-ħadra u wara l-irvellijiet ta’ ftit snin ilu il-pjazza bdiedet
tissejjaħ il-pjazza tal-martri insibu xbieha ta’ San Ġorġ minquxha fis-swar
tal-Medina. U nistgħu nibqgħu sejrin insemmu, mhux biss il-mediterrran imma
d-dinja kollha, imma ejjew nieqfu ftit u nħarsu lejn il-kult ta’ Ġorġi f’ din Malta tagħna. Din
il-parroċċa, antika, xiħa, mgħobbija biż-żmien imma mgħobbija wkoll bir-rikkezzi
li jixirqu lit-tempju ta’ Alla, din il-knisja li hija l-mimmi ta’ għajnejn
il-Qriema. Aħna l-Qriema lesti niċċaħdu minn kollox, lesti nieklu ħobż u ilma
biex indaħħlu idejna fil-but u naraw li dan it-tempju ma jkun jonqsu xejn. U
l-istess nistgħu ngħidu għat-tempju Ġorġjan li nsibu fil-gżira ta’ Għawdex. Minbarra
ż-żewġ parroċċi iddedikati lil Ġorġi tagħna insibu żewġ bajjiet li jissejħu San
Ġorġ, waħda f Birżebbuġa u oħra San Ġiljan. Kappelli f’ Birżebbuġa u
fil-Wardija huma tnejn li fadal iddedikati lil Ġorġi u ma nistgħux ma nsemmux
l-aktar pjazza importanti fil-pajjiż, li ġġib l-isem ta’ Misraħ san Ġorġ
fil-Belt valletta. F’dan il-misraħ, pajjiżna imfarrak mill-attakki tal-għadu,
imma sod u qawwi fil-moral, irċieva l-midalja tal-qlubija, is-salib ta’ San
Ġorġ, u minn April tal-1942 fuq il-bandiera ta’ art twelidna beda jidher dan
is-salib biex illum kull min iħalli xtutna u jmur jirrapreżenta lil Malta f’ xi
art barranija, iġorr miegħu il-bandiera tagħna, il-bandiera li turi fiha salib
u fih jidher Ġorġi jissielet mad-dragun, id-dragun tal-ħażen infernali li llum
aktar minn qatt qabel qiegħed jattakka lid-dinja. U hawn min irid ineħħih dan
is-salib minn fuq il-bandiera tagħna u jinħeba wara elf skuża, għax ħawn min
iweġġgħu is-sinjal tas-salib, hawn min ma jħossux komdu jġorr is-simbolu
tan-Nisrani.
Qegħdin taraw
ħuti x’ kult għandu San Ġorġ? Dan kollu huwa frott il-qima, frott il-qdusija
ta’ dan iż-żagħżugħ qalbieni. Ma nistax ma nsemmix issa lil San Ġwanni XXIII.
Bħala kardinal huwa kien patrijarka ta’ Venezja, il-belt li xerdet tant
devozzjoni lejn Ġorġi tagħna, il-belt li tikkonserva din ir-relikwa qaddisa.
Dan il-qaddis ta’ żmienna wettaq riforma fil-Knisja Kattolika, kellu l-kuraġġ
li jsejjaħ il-Konċilju Vatikan II. Dan kien konċilju li ġab rinnovamne, ġab
bidla fil-Knisja speċjalment fil-liturġija. Jaħasra il-Konċilju Vatikan II kien
interpretat ħażin u qegħdin insofru l-interpretazzjoni ħażina tiegħu llum aktar
minn qatt qabel. Intatn il-konċilju biddel xi festi u memorji fosthom il-memorja
tat-23 ta’ April. Qabel il-konċilju dan il-jum kien memorja obbligatorja u wara
l-konċilju sar memorja fakoltattiva. Kien hemm min ħareġ bix-xnieha li San Ġorġ
tneħħa mill-kalendarju għax qatt ma eżista, imma l-verita ma keinetx hekk. Kif
jista’ jkun qaddis b kult u devozzjoni daqstant mifruxa ma jkunx eżista?
L-istudjużi tal-Knisja jgħidu li min jirraġuna hekk ikun qiegħed juri kemm ma
jafx l-istorja tal-knisja. Imma x ġara sew filp-konċilju għandna mnejn
nistaqsu. Se nipprova bi kliem ħafif inġib tixbieħa. Nagħmlu mod li meta konna
żgħar konna mmorru t-Talkies u npoġġu dejjem fl-ewwel filliera. Meta kbira
bdejna nersuq fil-fillieri ta’ wara biex nagħtu post lil ħaddieħor joqgħod
fil-filliera ta’ quddiem. U hekk ġara fil-liturġija tal-jum tat-23 ta’ April,
ingħata lok għal qaddisin oħra, imma dan ma jfissirx li l-qaddis Ġorġi tilef xi
grad mill-qdusija tiegħu!
Illum jeżistu
xhieda xjentifiċi dwar l-eżistenza ta’ Ġorġi tagħna, imma jien nixtieq
inressaqkom lejn xhieda oħra u nistedinkom tippruvawha. Trid tkun taf x’ qaddis
kbir huwa San Ġorġ? Itolbu fil-bżonnijiet tiegħek biex jidħol għalik quddiem
Alla l-imbierek. Din hija l-akbar prova tal-qdusija ta’ Ġorġi.
Intom tfal,
itolbuh lil Ġorġi biex jgħinkom fl-iskola, fil-familja, fil-logħob tagħkom.
Intom żgħażagħ,
duru lejn Ġorġi fil-problemi taħgkom, fid-diffikultajiet tagħkom. Huwa kien
żagħżugħ bħalkom u jifhimkom. Tinsewx li ż-żgħażagħ tal-lum u dawk ta’ żmien
Ġorġi huma dejjem żgħażagħ. Agħmu l-kuraġġ u iftħu qalbkom ma’ Ġorġi.
Intom ġenituri u
familji, duru lejn Ġorġi u itolbuh jidħol għalikom quddiem Alla.
Intom anzjani
xerddu dik l-imħabba minn tagħkom lejn Ġorġi ma’ uliedkom u ma’ ulied uliedkom.
Intom morda
ressqu talbkom lil Ġorġi sabiex iwasslu għand Alla l-imbierek.
Ilkoll kemm aħna
nitolbuh lil Ġorġi. Din hija l-akbar prova tal-qdusija ta’ Ġorġi tagħna,
nitolbuh u wara nfaħħruh bi kliem il Qormi Dun Pawl Genovese:
Ġorġi tagħna ħadd mhux
bħalek,
La fil-ġmiel la fil-qlubija
Kont u tibqa’ l-ġawhra
tagħna
Int biss thenni l-qalb
qormija.
Fr Reno Muscat
Dan id-diskors deher ukoll fil-programm tal festa san Ġorġ 2015 maħruġ mill-Kumitat Festi Esterni
Nessun commento:
Posta un commento