Matul il-jiem
tal-festa tagħna, fuq bosta bjut tar-raħal naraw tperper il-bandiera bajda b’
salib aħmar, magħrufha bħala l-banidera ta’ San Ġorġ. Minkejja li din hija
bandiera familjari ħafna magħna l-Qriema Ġorġjaniżi, jista’ jkun li ftit li
xejn nafu dwarha u ftit nafu nistgħu niltaqgħu magħha.
L-Ingilterra
Il-bandiera bajda
b’ salib aħmar fuqha hija rikonoxxuta madwar id-dinja kollha bħala l-bandiera
tal-Ingilterra. Jingħad li kien ir-Re Rikkardu I, magħruf bħala Richard the Lionheart,
li mexxa lill-Ingilterra mis-6 ta’ Lulju tas-sena 1189 sas-6 ta’ April ta’
għaxar snin wara, li għażel il-bandioera ta’ San Ġorġ bħala l-bandiera tiegħu
għal waqt it-tielet kruċjata. Ta min jgħid li dan is-sultan kien fil-grad ta’
kmandant waqt din il-kruċjata li saret bejn l-1189 u l-1192, sewwasew fl-ewwel
tliet snin tar-renju tiegħu. Is-suldati Ngliżi fil-Medjuevu kienu jħorru salib
aħmar fuq sfond abjad fuq il-aorazzi taħghom. Fir-riforma li saret ġewwa
l-Ingilteraa fis-sena 1552, fi żmien ir-Reġina Mary I, kull bandiera reliġjuża
jew li kellha x’ taqsam ma’ xi qaddis kienet abolita, minbarra dik ta’ San
Ġorġ. Aktarx li din il-bandiera ma ġietx abolita bħall-oħrajn għaliex mis-sena
1545 kienet bdiet tintuża bħala l-bandiera navali tal-Ingliterra u għalhekk ma
kienx jaqbel li din titneħħa jew tinbidel.
Il-bandiera ta’
San Ġorġ tinstab ukoll inkorporata f’ dik magħrufa bħala l-Union Jack. Kien
ir-Re James VI tal-Iskożja li fl-1606 sar l-eredi tat-tron u allura anke
l-mexxej tar-Renju tal-Ingliterra kif ukoll ta’ dak Irlandiż. F’ dik is-sena
il-bnadar tal-Iskożja, li hija kaħla b’ salib abjad diagonali fuqha,magħrufa
bħala l-bandiera ta’ Sant’ Andrija, ingħaqded mal-bandiera Ingliża u ffurmaw
l-ewwel Jack għal skopijiet marittimi. Bil-proklamazzjoni tal-Gran Brittajna
fl-1801, din il-bandiera rat iż-żieda tal-bandiera Irlandiża, li hija salib
diagonali aħmar fuq sfond abjad, jew aħjar il-bandiera ta’ San Patrizju. Minn
dik is-sena bdejna naraw l-Union Jack kif għadna narawh illum, jiġifieri
bil-bnadar ta’ San Ġorġ, Sant’ Andrija u San Patrizju flimkien.
Il-Georgia
Il-pajjiż li jġib
l-isem tal-qaddis Ġorġi, iperper is-salib aħmar fuq l-abjad ukoll. Jingħad li
fis-seklu V ir-Re Vakhtang I, li saltan fuq il-Georgia bejn is-snin 447 jew 49 u 502
jew 22, kien juża l-bandiera ta’ San
Ġorġ bħala l-bandiera tiegħu.
Bandiera ta' Georgia |
L-erba’ slalaeb
l-oħra li nsibu fuq il-bandiera huma magħrufin bħala slaleb Bolnisi. Dan huwa
salib lil-ponot tiegħu huma xi ftit usa min-nofs. Dan is-salib instab imnaqqax
fi skrizzjoni antika ġewwa l-istess pajjiż u għalhekk jitqies ukoll bħala
simbolu nazzjonali.
Sardegna
Il-bandiera
tal-gżira taljana ta’ Sardegna hija l-istess bħal dik tal-georgia iżda minflok
slaleb Bolnisi insibu erba’ mori b’ faxxa marbuta ma’ rashom.
Bandiera ta' Sardegna |
Hemm żewġ ipoteżi
dwar l-erba’ mori tal-bandiera Sarda. Jingħad li dawn huma simbolu tal-erba’
Ġudikati li kienet maqsuma fihom Sardegna bejn is-snin 851 u 864. F’ dawk
is-snin kienet bdiet sistema polika ġdida f’ din il-gżira, sistema li kelha
suċċess kbir u kienet ibbażata bħall-kunsilli lokali tal-lum. Ipoteżi oħra
tħgid li dawk l-erba’ wċuħ suwed kienu jidhru fuq l-istandard li l-Papa
Benedittu VIII, fis-sena 1015, kien ta lis-suldati ta’ Pisa biex flimkien
mas-suldati ta’ Ġenova jmorru jiġġieldu kontra t-torok li riedu jaħkmu
Sardegna. Iż-żewġ ipoteżi ma għandhom
l-ebda bażi storika u għalhekk ma nafux sewwasew xi jfissru dawk l-erba’ rjus
tat-torok fuq il-bandiera Sarda.
Italja
Sa mis-sena 1218
il-poplu ta’ Ġenova kien juża l-bandiera ta’ San Ġorġ bħala l-bandiera tiegħu. l-istess
bandiera tidher fuq l-arma ta’ dan il-lokal li fl-antik kien ukoll Repubblika
għalih. Fis-sena 1811, din il-belt stat kieent taħt il-ħakma tal-Franċiżi.
Napuljun biddel l-arma ta’ din il-belt. Is-salib ta’ San Ġorġ inżamm iħda fuqu
ddaħħlet faxxa ħamra bi tleit naħliet tad-deheb fuqha. Sa mill-1099 San Ġorġ
kien dikjart patrun ta’ Ġenova u għalhekk il-Ġenoviżi dejjem riedu li
l-bandiera tal-qaddis tkun il-bandiera tagħhom.
Il-bandira
tal-belt ta’ Milan hija wkoll il-bandiera ta’ San Ġorġ. Il-Milaniżi ikkupjaw
lill-Ġenoviżi iżda jgħidu li l-bandiera taħghom hija dik ta’ Sant’ Ambroġ,
il-qaddis patrun ta’ din il-belt. Ambroġ kien isqof ta’ Milan bejn is-sna 374 u
s-sena 397. Il-bandiera bajda bis-salib aħmar ilha tintuża bħala banidra ta’
din il-belt mis-seklu X
L-arma tal-belt
ta’ Bologna hioja maqsuma f’ erba partijiet. Tnejn minnhom juru l-bandiera ta’
san Ġorġ u t-tnejn l-oħra huma ta’ sfond ikħal bil-kelma LIBERTAS miktubha
fuqhom. Oriġinarjament l-arma ta’ din il-belt kienet salib aħmar fuq sfond lewn
il-fidda jew abjar. Din kienet l-arma tas-sena 1259. Il-Boloniżi jiftaħru li
l-bandiera taħghom hija dik tal-kruċjati, iżda ma tantx nistħgu nibqgħu wisq
fuq din it-tradizjoni għaleix sal-kruċjati Bologna kienet għadha ma hijiex stat
awtonomu u għalhekk ma ħaditx sehem fihom bħala armata.
Il-belt tant
famuża ma’ Sant Antnin għandha l-bandiera ta’ San Ġorġ bħala arma taħgha.
Padova aktarx adottat din il-bandiera bħala rma taħgha fi żmien it-tmexxija ta’
Della Scale fis-seklu XIV. Tajjeb insemmu rabta oħra bejn Padova u San Ġorġ.
Ħdejn il-bażilika ta’ Sant Antnin hemm l-oratorju ta’ San Ġorġ li fih freski li
juru siltiet mill-ħajja u l-martirju ta’ dan il-qaddis.
Postijiet Taljani
oħra li fl-arma taħghom naraw il-bandiera ta’ San Ġorġ huma Reggio Emilia,
Mantova, Vercelli Alessandria, Alba, Lecco, Bobbio, Camposampiero, Chieri, Pontassieve,
Varesi, Verċelli u bosta oħrajn.
Arma tat-tim ta' Barċellona |
Dawn huma ftit
biss mill-postijiet li nsibu tperper fihom il-bandiera ta’ San Ġorġ, dik
il-bandiera, bajda bis-salib aħmar li tidher tant sabiha mal-arbli tar-raħal
tagnħa fil-jiem tal-festa.
Fr Reno Muscat
Dan l-artiklui deher fuq il-programm tal-festa maħruġ mill-Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Ħal Qormi, Festa2017
Fr Reno Muscat
Dan l-artiklui deher fuq il-programm tal-festa maħruġ mill-Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Ħal Qormi, Festa2017
Nessun commento:
Posta un commento