Il-ftuħ
tal-eventi sportivi dinjija huma dejjem spettakli li jkunu mistennija minn
miljuni ta’ nies. Qiegħed nirreferi għal eventi bħall-olimpjadi jew it-tazza
tad-dinja. Dawn l-ispettakli jservu wkoll ta’ vetrina għall-pajjiż li jkun
qiegħed jospita dak l-avveniment. Fihom jieħdu sehem eluf ta’ persunaġġi li b’
mod uniku joffru bidu mill-aqwa sabiex juru lid-dinja kollha x’jista’ joffri
pajjiżhom, is-sabiħ kollu li għandu. Jintefqu flejjes kbar biex issir
iċ-ċerimonja tal-ftuħ ta’ attivitajeit bħal dawn. Waħda minnhom rajnieha ftit
ilu, fil-ftuħ tal-20 edizzjoni tat-tazza tad-dinja li qegħda ssir fil-Brażil.
Għat-tieni darba

Kull qatra tgħodd
Hekk jgħid
il-Malti imma meta jkollok pajjiż enormi bħalma huwa l-Brażil u fuq kollox meta
jkollok pajjiż b’ekonomija batuta, din il-qatra tkun qisha waqgħet f’oċean.
Sejrin imorru tajjeb l-ibliet li fihom sejrin jintlagħbu l-logħob, imma l-Brażil
mhux dak biss. L-abitanti tal-pajjiż kollu jaqbżu il-mitejn miljun, dawk li
joqgħodu fl-ibliet fejn qiegħed jintlab il-logħob huma l-minoranza. Huma tnax-il
belt biss li fihom qed isir il-logħob. Bliet jew irħula oħra mhux ser imisshom
parti mit-3 biljun dollaru li sejrin jintefqu f’ dawn il-jiem.
Wara l-kwinti
Ix-xeni li naraw
fuq it-televiżjoni bħalissa huma kollha sbieħ. Bejn id-deni tal-futbol u bejn
ħaġa u bejn oħra naslu biex lanqas naħsbu f’ kemm miljuni ta’ nies hemm qrib
dawk l-istadji li jgħixu b’ mod inuman, b’ mod li ma jixraqx lill-bniedem.
Sfortunatament smjana bi nkwiet fit-toroq fil-bidu ta’ dan il-logħob, inkwiet
li ħalla anke ies feruti. Dawn l-aħħar
bdiet iddur karikatura fuq l-internet. Din turi tifel minn wara, liebes flok
tal-Brażil bin-numru 10, in-numru marbut ma’ Pelè, il-plejer Brażiljan,
il-leġġenda tas-snin 70. It-tifel qiegħed iħares lejn grawnd li minnu qegħdin
jittellgħu l-murtali. Madwar dan it-tifel hemm djar imwaqqa’ u ħafna żibel.
Maġenb it-tifel hemm ukoll ballun tal-futbol. Din hija r-realtà kiefra ta’ dan
il-pajjiż li qiegħed jospita t-tazza tad-dinja. Hemm żewġ estremi, żewġ
realtajiet li kulħadd jaf bihom u donnha li d-dinja kuntenta bihom. Hemm
muviment li qiegħed jipprova jiġbed l-attenzjoni tad-dinja u dawn l-aħħar
ġimgħat ħalla ħafna graffitti fuq il-ħitan ta’ bosta bliet kbar biex juri li
t-tazza tad-dinja se tkun ta’ piż iktar milli ta’ għajnuna għall-pajjiż
La jinżel is-siparju
Inti li tkun
qiegħed tgawdi l-logħob f’ dawn il-jiem, komdu f’ darek, ftakar ftit x’hemm
ftit bogħod minn dak il-grawnd. Ftakar li wara dak is-sabiħ li qiegħed tara
hemm bosta u bosta ikrah. Tiftakarx dan b’ pessimiżmu imma b’ realiżmu.
Fr Reno Muscat
dan l-artiklu deher f' In-Nazzjon tal-21 ta' Ġunju 2014
Nessun commento:
Posta un commento