
Ftit huma dawk
il-postijiet li f’isimhom għandhom lil San Ġorġ u ma jġibux ix-xbiegħa tiegħu
fl-arma tagħhom. Naraw ftit liema huma dawk li fl-arma għandhom lil qaddis
tagħna. Kull arma minn dawk li ser insemmu dejjem turi lill-qaddis fuq
iż-żiemel u jissielet mad-dragun, għajr fejn hemm imsemmi mod ieħor.

L-arma ta’ San
Giorgio Del Sannio fil-provinċja ta’ Benevento turi lill-qaddis fuq iż-żiemel
jissielet mad-dragun fuq sfont ikħal u art ħamra. Il-komun ta’ San Giorgio Della
Richinvelda għandu arma li wkoll turi l-ġlieda mad-dragun imma l-isfont huwa
abjad u l-art ħadra. Fil-provinċja ta’ Pavia insibu l-komun ta’ San Giorgio Di
Lomellina li għandu l-arma li turi ajkla bil-ġwienaħ miftuħin fil-parti ta’ fuq
fejn l-isfont huwa dehebi u lill-qaddis fuq iż-żiemel u d-dragun fil-parti ta’
isfel fuq sfont blu. San Giorgio Di Mantova, fil-provinċja ta’ Mantova għandu
l-arma li turi l-San Ġorġ taż-żiemel fuq sfont blu. Fuq sfont blu wkoll imma f’
pożizzjoni differenti hija l-arma ta’ San Giorgio Di Nogaro fil-provinċja ta’
Udine. L-arma ta’ San Giorgio Di Pesaro fil-provinċja ta’ Urbino turi l-qaddis
jissielet ma’ draġun aħmar. L-isfont tal-arma huwa isfar.
Fil-provinċja ta’
Padova insibu San Giorgio In Bosco li għandu l-arma tiegħu b’ San Ġorġ fil-qagħda
tas-soltu, fuq sfont aħmar u art ħadra u fir-rokna xellugija hemm siġra. L-arma
ta’ San Giorgio Ionico, fil-provinċja ta’ Taranto turi lil San Ġorġ fin-naħa
ta’ fuq fir-rokna tax-xellug. Il-kumplament tal-arma fiha sfont isfar u
fin-nofs tidher stilla. Fuq kull naħa tal-istilla hemm għasfur. Post ieħor
fil-provinċja ta’ Benevento li għandu l-arma li turi lill-qaddis gwerrier huwa
San Giorgio La Molara. Hawnhekk naraw il-qaddis fuq iż-żiemel u d-dragun taħtu
bi sfont blu u art ħadra. San Giogio Lucano huwa post fil-provinċja ta’ Matera
li għandu wkoll l-arma li turi l-qaddis fuq sfont dehebi. San Giorgio
Monferrato fil-provinċja ta’ Alessandria għandun arma li fuq l-isfont blu u
l-art ħadra turi dejjem lil San Ġorġ filwaqt li l-arma ta’ San Gorgio Morgeto
fil-Calabria turi lill-qaddis fuq sfont kannella ċar.
Fil-provinċja ta’
Piacenza niltaqgħu mal-comune ta’ San Giorgio Piacentino li l-arma tiegħu turi
l-qaddis joqtol lid-dragun fuq sfont aħmar u fil-provinċja ta’ Milan in
sibu l-comune ta’ San Giorgion Su Legnano li għandu l-arma bil-qaddis tagħna, fuq sfont blu u art ħadranija u fuq nett hemm il-kelma SOTERA. L-aħħar comune li għandu l-arma li turi lil San Ġorġ huwa dak ta’ Torre San Giorgio fil-provinċja ta’ Cuneo. Din l-arma hija differenti mill-oħrajn għax hija maqsuma b’ mod diagonali b’ faxxa kaħla. Fil-parti ta’ fuq insibu torri u fil-parti ta’ isfel insibu lill-qaddis.

sibu l-comune ta’ San Giorgion Su Legnano li għandu l-arma bil-qaddis tagħna, fuq sfont blu u art ħadranija u fuq nett hemm il-kelma SOTERA. L-aħħar comune li għandu l-arma li turi lil San Ġorġ huwa dak ta’ Torre San Giorgio fil-provinċja ta’ Cuneo. Din l-arma hija differenti mill-oħrajn għax hija maqsuma b’ mod diagonali b’ faxxa kaħla. Fil-parti ta’ fuq insibu torri u fil-parti ta’ isfel insibu lill-qaddis.
B’ hekk rajna
ftit kemm dan il-qaddis patrun ta’ beltna għandu wkoll qima mifruxa madwar
il-pajjiz l-aktar qrib tagħna l-Italja. Dann jidher sewwa mill-fatt li fuq
l-arem ta’ dawn l-ibliet jew irħula kollha dejjem naraw lil dan il-qaddis
maħbub.
Dan l-artiklu deher fil-Programm tal-Festa San Ġorġ Martri Qormi, 2014 Għaqda tan-Nar 23 ta' April
Nessun commento:
Posta un commento