Patri Fabio Attard SDB |
Xi jiem ilu, minn
fuq blog, inxterdet l-aħbar li 99.9% l-Papa Franġisku kien għażel lil Patri
Fabio Attard SDB bħala Arċisqof ta’ Malta. Ftit tal-ħin wara li din l-aħbar bdiet
iddur fuq l-internet, Attard stess ċaħad din l-aħbar. Xi ġurnali lokali wkoll
ħabbru li t-taħbira tal-arċisqof il-ġdid kienet iminenti filwaqt li fuq
stazzjon televiżiv intqal li għanda sa kważi l-Għid il-Kbir mingħajr arċisqof. Bosta
nies ħasbu li l-pastorali tal-Avvent maħruġa mill-Amministratur Appostoliku
l-Isqof Charles J. Scicluna kienet il-pass ta’ qabel jitħabbar li t-temxxija
tad-djoċesi għaddiet f’ idejnh. Minn dawn kollha ħadd ma qata’ u nistgħu
ngiddbuhom kollha għajr lil dak l-istazzjon (sa issa) li qal li għandna sal-Għid
bla Arċisqof.
Hu x’inhu, l-isem
ta’ min sejjer jokkupa s-siġġu tat-tmexxija tad-Djoċesi ta’ Malta huwa mistenni
minn kulħadd. Ħalli ma ngħidx kulħadd, imma ma naħsibx li nkun niżbalja jekk
ngħid li huwa mistenni mill-maġġoranza tal-Maltin. U bla ma trid tistaqsi
għaliex. Fl-opinjoni tiegħi il-persuna tal-Arċisqof għall-poplu Malti hija mportanti
ħafna. U hija mportatni għax għall-Maltin il-Knisja għadha importanti ħafna. Ma
jistax ikun li mhux hekk għax kieku ma hawnx din l-istennija kollha. Għalhekk
ma naqbilx ma’ dak li qalet il-President tar-Repubblika fid-diskors ta’ Jum Ir-Repubblika.Tassew li r-reliġjon Nisranija f’ Malta ma għadiex dik li kienet 40 sena ilu imma lanqas li spiċċat għal kollox. Kieku l-Maltin se joqgħodu jistaqsu meta sejrin ikollna arċisqof ġdid? Fl-opinjoni tiegħi il-President Coleiro Preca ma’
taqbilx mija fil-mija ma’ dak id-diskors u qalitu għax hekk kitbilha xi ħadd.
Nemmen li l-fidi Nisranija għadha soda f’ qalbha, imma fil-pożizzjoni tagħha ma
tistax tesprima dak li tħoss għax hija l-president tal-Maltin kollha u mhux
tal-Maltin Insara biss.
Xi wħud
jistaqsuni min sejjer ikun is-suċċessur ta’ Monsinjur Pawlu Cremona. Meta
ngħidilhom li ma nafx u lanqas għadni x’ naqsam fid-deċiżjoni, ħafna jħarsu
lejja b’ ħarsa suspettuża. Dawn jaħsbu li għax tkun saċerdot ikollok xi informazzjoni
li l-poplu inġenerali ma jkollux. Wieħed raġel ġabli paragun tal-miraklu
tat-tieġ ta’ Kana meta għidlu li jiena m’ inix minn “ta’ ġewwa” f’ dil-biċċa
xogħol. Dan qalli li fit-tieġ ta’ Kana dawk li kienu fil-kċina kienu jafu x’
ġara filwaqt li l-mistiednin u l-għarajjes lanqas biss indunaw x’ kien għaddej.
Serraħt ras dal-ħabib li f’ dan il-każ jien la mal-qaddejja u lanqas mal-mistiedna
ma ninsab.
Fr Reno Muscat
Nessun commento:
Posta un commento