martedì 18 dicembre 2012

Kunċert tal-Milied


Nistgħu ngħidu li l-kunċert tal-Milied li l-Kor tad-Djoċesi ta’ Ruma jagħmel kull tielet Ħadd tal-Avvent issa sar appuntament ta’ kull sena għal bosta Rumani u persuni oħrajn li jgħixu Ruma kif ukoll għal għadd ta’ persuni li jiġu Ruma f dawn il-jiem. Nhar il-Ħadd li għadda saret id-29 edizzjoni ta' dan il-kunċert tal-Milied, li sar ġewwa l-katidral ta' San Giovanni in Laterano. Minkejja li l-kunċert beda fit 8.30 pm, il-katidral kien mimli diga fis-7.00. dan juri l-popolarita' ta’ dan il-kunċert. Il-kor tad-Djoċesi, immexxi bħal dejjem minn Monsinjur Marco Frisina kien kompost minn aktar minn 200 persuna. Kienu esegwiti għadd ta’ għanjiet tal-milied mhux biss mill-Italja imma minn madwar id-dinja, infatti sar kant bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż. Tkantat ukoll Quando nascette Ninno bin-naplitan. Din hija l-verżjoni oriġinali ta’ Tu scendi dalle stelle, miktuba bin-Naplitan minn San Alfons Marija di Liguori. Ma setax jonqos li l-kunċert jispiċċa bil-kant tal-kanzunetta Preferisco il Paradiso, l-għanja miktuba minn Frisina stess għall-Film li jġib l-istess isem. Il-Kor kien akkumpanjat mill-orkestra Fideles et Amati

Christmas Holly(silta mill-aħbarijiet minn Ruma u mill-Vatikan fuq Radju Marija Malta, 19 ta' Diċembru 2012)

domenica 9 dicembre 2012

Bil-qatra l-qatra



“U ħares Alla lejn kull ma kien għamel, u ara, kollox kien tajjeb ħafna […]” (Ġen 1, 31) Hekk insibu mniżżel fl-ewwel kapitlu ta’ l-ewwel ktieb tal-Bibbja, wara l-ħolqien Alla ra li kollox kien f’ postu, kollox kien kif għandu jkun. Imma kemm nistgħu ngħidu li llum għadu kollox f’ postu? Kemm nistgħu ngħidu llum li fid-dinja hawn kollox tajjeb ħafna? Veru li Alla ħalaq il-bniedem u tah id-dritt li jikkmanda l-art, iżda l-bniedem minbarra li kkmanda l-art, abbuża minnha, sfruttaha, u f’mumenti wkoll ħarbatha.



Fix-xahar ta’ Frar kont fuq l-Alpi, fl-Italja. Mort f’ post famuż għas-silġ. Mhux sejjer ngħid li ma kienx hemm silg, imma paragunat ma’ snin oħra is-silġ kien ftit li xejn. Lejn l-aħħar ta’ April jew il-bidu ta’ Mejju smajt fuq l-aħbarijiet li f’ dan l-istess post niżlet kwantità kbira ta’ silġ, ħaġa rarissima għax f’ dak iż-żmien tas-sena mhux soltu li jinżel silġ. U għalfejn immorru bogħod minn xtutna? Ix-xitwa li għaddiet kienet waħda pjuttost niexfa. Sar saħansitra talb għax-xita. Beda Ġunju u xi toroq ta’ Malta inbidlu fi xmajjar bix-xita li għamlet. Ġurnata qabel dan li qed ngħid, eluf ta’ Maltin kienu miġbura fil-pjazza tal-Vatikan għall-Kanonizazzjoni ta’ San Ġorġ Preca u saru għasra għax ix-xita bħal donnha ma xtaqitx tieqaf. U dan kollu fix-xahar li fih jibda s-sajf.

Dan kollu għandna neħduh bħala sinjal. In-natura qed turina li hemm xi ħaġa li mhux sejra sewwa. Il-makkinarju għandu bżonn l-attenzjoni! L-ingranaġġi qed jitgerfxu f’ xulxin! Qegħda turina biċ­-ċar li hemm bżonn nagħmlu xi ħaġa għax l-affarijiet ma għadhomx kif kienu. U bla ma rridu nieqfu naħsbu ftit u ngħidu “Imma jien waħdi x’ nista’ nagħmel?” Hemm x’ wieħed jagħmel, l-importanti li dak li wieħed jista’ jagħmel jagħmlu. U nagħti ftit eżempji: Jekk mhux ser nuża l-kompjuter għal tul ta’ ħin, nitfih u nerġa nixgħelu meta jkolli bżonnu, jekk hemm vit iqattar insewwih mill-ewwel, jekk ser noħrog mill-kamra nitfi d-dawl, jekk sejjer il-belt u ma għandix għaġla paritikolari immur bil-mezzi pubbliċi u mhux bil-karozza tiegħi. U la qiegħed insemmi l-karozzi tajjeb hawnhekk insemmi din l-esperjenza tiegħi. Għal bosta snin kont naħdem f’ uffiċċju f’ qasam industrijali. Maġenb l-uffiċċju kien hemm, (u għadha hemm) fabbrika li tħaddem eluf ta’ persuni. Ta’ kuljum kont nara mijiet kbar ta’ karozzi ipparkjati barra l-fabbrika. Il-maggoranza ta’ dawn il-karozzi kienu jservu biss biex iwasslu persuna waħda. Jekk isir ftehim bejn żewġ persuni u wieħed jagħddi għall-ieħor jonqsu żewġ problemi: il-problema tal-parkeġġjar u l-problema ekoloġika.



Forsi hemm min ma jinteressaħx mill-problema ekoloġika, imma jekk wieħed jaħseb ftit, jara li jekk jieħu xi miżuri ta’ din il-kwalità, anke butu jgawdi. Ma nisewx x’ jgħid il-Malti, bil-qatra l-qatra tintela’ l-ġarra, u jien ngħid ukoll li bil-qatra l-qatra wkoll din l-istess ġarra tiżvojta.



Reno Muscat OP
awwissu 2007

venerdì 7 dicembre 2012

Kunċizzjoni 2011 Ruma





 Il-Ħamis li għadda l-Knisja Kattolika iċċelebrat is-solennità tal-Immakultata Kunċizzjoni. Kien fl-1854 li l-Papa Piju IX ħabbar id-domma ta’ fidi tal-Immakulata Kunċizzjoni. Eżattament 3 snin wara l-istess Papa inawgura u bierek il-munument tal-Kunċizzjoni li nsibu qrib Pjazza Spagna. Il-Papa Piju XII beda ta’ kull sena fit-8 ta’ Diċembru jibgħat mazz fjuri lil din l-istatwa. Is-suċċessur tiegħu, Gwanni XXIII beda jmur huwa personalment f’ din il-pjazza sabiex iqiegħed f’ riġlejn il-Madonna mazz ward abjad. Wara kien jagħmel żjara lill-bażilika ta’ Santa Maria Maggiore. Din id-drawwa inżammet mill-papiet ta’ warajh. Il Papa Benedittu wkoll żamm din id-drawwa u nhar Il-Ħamis li għadda mar ukoll fi piazza Spagna taħt il-kolonna tal-Immakultata. F’ din l-okkażjoni il-Papa għamel diskors u wara bierek l-istatwa u lil dawk preżenti fil-pjazza.

 Il-Ħamis ukoll saret  il-purċissjoni Marjana Aux Flambeaux bl-istatwa tal-Madonna fit-toroq ċentrali tal-Belt Eterna. Din il-purċissjoni, li ssir fuq inizjattiva tal-Istitut Kristu Re, hija it-tielet waħda li saret. Il-puċissjoni bdiet mill-Knisja ta’ Ġesù u Marija għaddiet minn Via del Corso u spiċċat fil-Knisja ta’ Santa Maria Sopra Minerva. Fil-ħruġ tal-istatwa, ingħatat tislima mill-banda tal-Carabinieri. Matul il-purċissjoni ħadet sehem il-banda imejħa Formello li daqqet  innijiet marjani bejn posta u oħra tar-rużarju li ingħad matul din il-purċissjoni Aux Falmbeaux.  Din is-sena intużat  l-istatwa tal-Madonna ta’ Fatima li nġiebet minn Milan għal din l-okkażjoni. L-istatwa inġarret  fuq l-ispalel mis-seminaristi u minn żgħażagħ volontiera oħra.  Matul it-triq tal-purċissjoni, il-bosta knejjes li għaddiet  minn quddiemhom daqqew mota bil-qniepen tagħhom. Mal-wasla tal-istatwa fi piazza della minerva, il-banda tal-Carabinieri ssellmet mill-ġdid  lill-Madonna. Il-purċissjoni intemmet  billi Monsinjur Ferrer ta l-barka sagramentali quddiem il-knisja ta Santa Maria sopra Minerva u wara għamel diskors qasir tal-okkażjoni. 

(Silta mill-Aħbarijiet minn Ruma imxndara fuq Radju Marija Malta fl-14 ta' Diċembru 2011 minn Fr Reno Muscat OP)

San Gorg f' hajti



Meta gejt mitlub nikteb artiklu b'dan l-isem, dlok hsibt li se tkun haga facli, imma ghaddew gimghat sakemm bdejt nikteb. Matul dawn il-gimghat hsibt fuq li hsibt, u aktar ma hsibt aktar bdejt induna kemm San Gorg jinsab f' hajti. Dak li hsibt li se jkun facli indunajt li kien difficli ghax tant  hemm x' nghid dwar San Gorg f'hajti li kelli nqassar kemm nista'.  Imwieled Hal Qormi, fil-parrocca Gorgjana, sirt nisrani f'din l-istess knisja parrokkjali sitt ijiem wara twelidi, ma setax jonqos li Gorgi jkun element principali ta' tfuliti u ta' hajti kollha.

L-ewwel stejjer

Konna noqghodu mal-busnanna Anni. Kienet romlot zghira fi zmien il-gwerra. Il-busnannu kien miet b'bomba tal-hin waqt li kien ghaddej mill-Marsa. Kellha tifla wahda, in-nanna tieghi, u meta zzewgu ommi u missieri marru joqghodu maghha. Kull meta kont nidhol f' kamritha, qalb il-bosta nkwatri ta' qaddisin u madonni u statwi u nicec, fuq wahda mis-sodod kien hemm inkwatru ta' kavallier fuq ziemel, jissielet ma' dragun u tfajla mal-genb thares lejn iz-zaghzugh taz-ziemel b'idejha maghqudin ma' xulxin donnha qed titlob. 'Dak min hu nann?' kont staqsejtha darba minnhom. 'Dak San Gorg', kienet qaltli. 'Mela San Gorg ghandu ziemel?' ergajt jien. Billi Hal Qormi dak iz-zmien aktar mil-lum kien mimmli  biz-zwiemel, kont midhla ta' dak l-annimal.  'U dak x' ghandu tahtu nann?' bqajt nistaqsi, 'Dak dragun' qaltli. Bqajt inhares bla ma tkellimt xejn imma l-busnanna intebhet li kont issahhart b' dik ix-xbieha.

Gieli kont norqod mal-busnanna, u hawn bdejt nisma' l-istejjer u l-leggendi marbutin ma' Gorgi. Stejjer li n-nanna min jaf minghand liema panigerkista kienet semghet. Min jaf kemm-il sena kienet ilha tisma' u tisma' u tkabbar l-imhabba u l-qima lejn San Gorg. Illum nista' nifhem ghax jien ukoll hekk naghmel. Smajt stejjer, xi kultant esegerati, imma llum li studjat naf minn fejn gew dawn l-istejjer, il-passjonijiet, l-atti tal-martri, il-leggendi. Illum il-kwadru ta' San Gorg li kellha l-busnanna ghadu ghandi u nghozzu b' qalbi kollha. Ma fih l-ebda pregju artistiku ghax huwa santa kbira imdahhla f'inkwatru, imma ghalija fih sinifikat kbir ghax kif il-bidu tal-imhabba tieghi lejn San Gorg,  liema mhabba kopliet t kber matul is-snin.

L-ewwel festa

 
L-ewwel festa ta' San Gorg li niftakar kont mort il-knisja mal-busnanna. Kif ghadha d-drawwa sal-lum, il-jum tat-Tlieta tal-festa ikun iddedikat lill-morda u lill-anzjani. Niftakar mort mal-busnanna, mghottija b' ghonnella sewda. Safejn naf jien il-busnanna tieghi keinet l-ahhar wahda li kienet ilbes l-ghonnella Hal Qormi, jew tal-anqas din hija l-idea tieghi. Jekk mhux hekk, zgur li kienet wahda minn tal-ahhar li libset l-ghonnella fir-rahal tieghi. Kont ghadni lanqas ghamilt l-ewwel tqarbina, l-Arcipriet kien Dun Gerald Frendo. Kien pogga idu fuq rasi, dak iz-zmien mimlija nokkli sofor. 'Thobbu lil San Gorg?' kien qalli. Tajt daqtejn b' rasi 'l isfel biex nurih li 'Iva'. 'Dan naghmluh qassis Ann!' qal lill-busnanna. Haditni quddiem l-istatwa ta' San Gorg. Kemm hu kbir. Kemm hu sabih. Kemm qieghed fil-gholi. 'Fejn hu z-ziemel nann?' In-nanna ma qaltli xejn imma Dun Gerald dlonk qalli: 'Fl-istalla', u dahqu bil-qalb hu, il-busnanna u dawk il-ftit li kienu qribna u semghuna.

Festa ta' Hal Qormi

Bdejt nikber u kelli l-hbieb. Kont immur l-iskola tar-rahal. Wiehed mill-ghalliema li niftakar sewwa kien is-Sur Karmenu Cardona. Kien hu Guze' Cardona. Kien Qormi bhalna u kien inissel fina mhabba kbira ghal dak kollu li hu Qormi. Inizzilna l-muzew tal-knisja u jirrakontalna grajjiet rahal twelidna. Bla dubju kabbar fina wkoll l-imhabba lejn il-qaddis patrun tal-Qriema. Fil-gimgha tal-festa kont immur il-knisja u wara ftit il-marc. Ma kontx nibqa' sal-ahhar imma l-bidu tal-marcijiet kont narahom. Is-sibt kont niltaqa' ma shabi tal-iskola, tal-klassi tas-Sur Cardona u b' ghaxar centezmi konna nixtru Hot dog. Illum facli wiehed imur festa ta' xi rahal qrib, imma meta tkun tfal tistenna l-festa tar-rahal minn sena ghal ohra ghax hija avveniment uniku fil-hajja. Darba dhalna jien u shabi induri l-knisja. Kullimkien damask u fjuri. Dhalt fil-kor u sibt ruhi quddiem kwadru kbir – il kwadri titulari. 'Dak tal-Preti, pittur Taljan.' smajt minn jghidli. Dort u nara lis-sur Cardona. 'Gabuh mill-Italja Sir?' staqsejtu. 'Le, kien joqghod hawn Malta. Barra dan ghandu zewg pitturi ohra ta' San Gorg, wahda l-belt u l-ohra Ghawdex. La tikber qis li tmur tarahom!' Ghajnejja berraqthom u dak il-hin wieghedt lili nnnifsi li la nikber immur nara dawn iz-zewg kwadri li qalli bihom is-Sir. Igri nikber.....

Patrun
 
Minbarra li San Gorg kien il-patrun tal-parrocca tieghi, fl-adoloxxenza tieghi inghaqadt ma' moviment li ghandu lil San Gorg bhala patrun. Dhalt mal-iScouts. Ghalkemm dan ma huwiex moviment religjuz, xorta wahda ghandu qaddis patrun. Bhala scout smajt u qrajt il-hajja ta' Gorgi. Il-busnanna, li issa kienet marret tgawdi lil Alla u lil San Gorg, kienet qaltli bosta stejjer dwar dan il-qalbieni kavallier. Issa kien patrun u prottetur doppju ghalija u kont niehu gost naqra u nisma' fuq il-qaddis patrun tal-moviment. Bla ma rrid mohhi kien jittajjar lura fis-snin meta minn fuq soddti kont nisma' lin-nanna Anni tirrakkontali l-grajjiet ta' San Gorg.

L-ewwel festa f' Ghawdex

Il-hsieb li xi darba rrid nara il-kwadri tal-Preti baqa' jberren f' mohhi. Ghalaqt it-tmintax u gibt il-licenzja, ftit wara xtrajt karozza u meta wasal it-tielet Hadd ta' Lulju jien u tnejn minn shabi iddecidejna li nitilghu Ghawdex. Bla ma habbilna rasna xejn ghabbejna tinda u tlett sleeping bags fil-bagoll tal-Mini Minor u tlaqna lejn Ghawdex. Konna scouts u biex inwaqqfu tinda kienet haga hafifa ghalina. Konna ghadna tfal, li norqdu barra kienet avventura. Qatt ma kont tlajt ghall-festa ta' San Gorg ta' Ghawdex. Il-knisja kont gieli rajtha, ghax gieli kont gejt qabel Ghawdex jew mal-genituri jew mal-hbieb, imma ghall-festa qatt.

Iddecidejna li narmaw it-tinda il-qbajjar, imma sakemm isir il-hin nitilghu l-festa. Fit-telgha ta' Marsalforn: tikk. Taqtira ilma, tikk tikk, aktar u sakemm wasalna r-Rabat infethu bibien is-sema. Ir-Rabat sibna bosta rgiel izarmaw l-istatwi. Tassew li l-armar tal-festa ta'San Gorg t' Ghawdex dak iz-zmien ma kienx dak li huwa llum, imma xorta wahda kien hemm xi zzarma u x' tghatti.

Il-lejl kopla bix-xita u l-post fejn konna hsibna li narmaw it-tinda fih kien ghasra. Spiccajna reqdin ta' Sannat, it-tlieta fil-karozza. Inqadna. Insomma ejja nghidu ghaddejna l-lejl minflok irqadna. L-ghada l-festa saret xorta u ma ninsa qatt il-festa ta' San Gorg t' Ghawdex ta' dik is-sena.

Statwa

Kelli habib tieghi li hajjarni naghmlu sett pavaljuni ghat-triq tad-dar taghna. Tkellimna mal-girien u qablu maghna. Ghenuna mil-lat finanzjarju u mil-lat morali. Wara l-pavaljuni xtaqna naghmlu statwa. Il-girien regghu qablu maghna. Kellimt lill-artist Ghawdxi Alfred Camilleri Cauchi. Issuggerejna replika tal-istatwa tal-knisja. Dahal ghaliha dil-bicca xoghol dan l-artist bravu. Fir-rahal kien hemm min qabel u kien hemm min ma qabilx li ssir replika tal-istatwa titulari. L-istatwa saret u harget sabiha hafna. Hadnieha Hal Qormi  nhar it-Tnejn tal-festa tal-1996. Hadniha fuq iz-zuntier u kien hemm min hasibha l-istatwa tal-knisja. Bla dubju hemm bdew il-kummenti, min qal li jleqq hafna, min qal li l-kulur tal-mant car u min haga u min ohra. Ghadni nara sacerdot mill-parrocca tieghi ihares lejn l-istatwa u jibqa' fil-veru sens tal-kelma b'halqu miftuh. Dakinhar wiehed habib tieghi gibidni lejh u qalli: 'Isma Ren, jien skola ma nafx, imma noqghod hdejha – ha nghallmek xi haga: is-sabih fih elf difett, imma l-ikrah difett wiehed biss ghandu li hu ikrah – prosit ghamiltu statwa sabiha!' Tassew dan Gorg ma jafx skola imma l-esperjenza ta' ma nafx kemm-il sena jahdem ix-xatt ghallmitu bosta xorti.

Fuq qabar il-qaddis.

Wahda mix-xewqat kbar li kelli kienet li nzur l-Art Imqaddsa. Meta giet l-okazjoni ma tliftiex. Fil grupp konna 53 persuna, fosthom xi Ghawdxin Gorgjani. Ma setax jonqos li la konna hemmhekk immorru nzuru il-qabar ta' dak li nahsbu fih 365 jum fis-sena. Morna Lidda taht xemx tizreg. Dakinhar esperjenzajt l-imhabba li xi whud ghandhom lejn Gorgi Taghna. Mela wahda sinjura kienet sfortunata u kisret sieqha waqt li konna f' dan il-pellegrinagg. Meta morna Lidda giet maghna. Issa dawk minnkon li marru fuq il-qabar ta' San Gorg jafu li fil-knisja hemm kripta bil-qabar tal-qaddis li tinzel ghaliha b'tarag xejn komdu. Ahna inzilna u hallejna lil dik il-mara b' sieqha fil-gibs fil-knisja. Hin minnhom smajna passi tqal niezlin it-tarag tal-kripta. Kienet hi. Ghidnielha 'Mela nzilt?' Qaltina: 'Ahna nghidu li anke bla saqajn immorru wara Gorgi ahseb u ara b ' sieq u nofs!' Kienet esperjenza mill-isbah. Xtaqt li jieqaf l-arlogg.

Ktieb Gorgjan

Wahda gara taghna kienet sellftini ktieb bil-hajja ta' San Gorg. Kien ktieb tal-1935, kienet il-hajja ta' San Gorg miktuba minn Guze' Muscat Azzopardi. Ma kienitx l-ewwel edizzjoni tal-ktieb. Sibt il-hin u kkuppjajtha fuq il-computer. Xtaqt nippublikaha mill-gdid. Tkellimt ma' xi whud imma ma sibtx min jghinni. Darba kont qed nitkellem man-Nutar Antoine Agius u ghidtlu li ghandi din il-hajja ta' San Gorg diga fuq il-computer. Qalli li jixtieq johrog ktieb dwar il-qaddis taghna u hajjarni nghinnu. Htaftu fil-kelma. Inghaqadna grupp ta' Gorgjani Qriema u mir-Rabat Ghawdex. Il-ktieb bl-isem San Gorg Megalormartri hareg fl-ewwel ta' Jannar 2000. Zgur li huwa l-ewwel ktieb Malti ghal dan il-millenju. Kont ktibtu fuq il-computer kollu kemm hu jien, ftit fuq il computer tieghi u ftit fuq il-laptop tan-Nutar Agius. Gieli ghamilt sa kmieni filghodu naqra u nikteb. Il-ktieb qata' ghatx li kien hawn fil-kamp letterarju dwar dan il-qaddis popolari.

Hajja religjuza

Meta dhalt fil-hajja religjuza kelli nhalli rahal twelidi. Jghidu li boghod mill-ghajn boghod mill-qalb u ghalhekk sabiex Gorgi ma jkun qatt boghod minni wahhalt santa tieghu fil-kamra tal-kunvent. Shabi kienu jaqbdu mieghi kienu imma malajr draw. Ahna r-religjuzi naghmlu dik li tissejjah professjoni, jigifieri weghda lil Alla li nghixu l-faqar, il-kastita u l-ubbidjenza. Hemm formola li nistqarru quddiem il-Knisja, waqt li jkollna idejna f'idejn il-provincjal. Il-formola tinkiteb fuq karta u tinqara waqt il-funzjoni. Ghall-professjoni semplici jiena kont ktibt il-formola fuq wara ta' santa ta' San Gorg u ghadha ghandi sal-lum. Kultant naqraha u mbaghad indawwarha u nhares lejn Gorgi taghna, fuq iz-ziemel, l-istess kif rajtu l-ewwel darba fl-inkwartu fil-kamra tal-busnanna.

Wasalt ghall-professjoni solenni u bla dubju xtaqt naghmilha fil-parrocca ta' belti. X' tertieq il-qalb sakemm iddecidew is-superjuri tieghi, lanqas niftakar ma rrid! Imma fl-ahhar iddecidew u ghamiltha fil-Parrocca ta' San Gorg Hal Qormi.

Nigri wara San Gorg

Wiehed mill-passatempi tieghi huwa s-safar. Kemm bhala divertiment kif ukoll fuq studju kelli nsiefer bosta drabi. Kull darba li sifirt dejjem fittixt jekk ikunx hemm xi knisja ddedikata lil dan il-qaddis. Illum bil-ghajununa tal-intenet saret aktar facli li ssib dawn il-postijiet. Ma nafx ezatt kemm zort minn dawn il-knejjes, imma niftakar li mort fi knejjes Gorgjani f'Palermo, Ragusa u  Modena fi Sqallija, San Gorgio Morgeto, San Giorgo la Molara, San Giorgio del Sanno, San Giorgio a Cremano, San Giorgio del Piano, Al Velabro, Maggiore (Napoli), Turin, Milan, Venezja fl-Italja. Durazzo l-Albanija. Kolonja u Munich fil-Germanja. Lugano fl-Isvizzera, Marsilja fi Franza, Windsor l-Ingilterra. Naf li hemm aktar imma ma ghaqndix statistika ezatta. Kull darba hassjtni f' dari meta kont quddiem ix-xbieha ta' dan il-qaddis mahbub taghna.

Mal-inkwatru tan-nanna

Il-busnanna li semmejt qabel kienet nanna ta' missieri. In-nanna materna, in-nanna Karmena, minkejja li kienet Qormija, meta zzewget marret toqghod tas-Sliema. Emegrat lejn l-Awstralja imma ma sadditx ghax f' inqas minn sentejn regghet lura Malta. Baqghet tghix Hal Qormi. Kont kultant immur naraha. Kien ikollha fliexken tal-luminata b' San Gorg fuqhom. Kienet ittini flixkun luminata u tazza u kont nitghaxxaq inhares lejn ix-xbieha ta' fuq il-flixkun. Darba ghidt bejni u bejn ruhi li la nikber nibda ngemma dak kollu li ghandu x' jaqsam ma San Gorg. Ghadda z-zmien u bdejt din il-kollezzjoni. Sa dan it-tant il-luminata li kienet tixtri n-nanna Karmena ma baqgghetx tidher fis-suq. L-ewwel haga li dahhalt fil-kollezzjoni Gorgjana tieghi kien il-kwadru tal-busnanna li ma messitux ix-xorti li messet lil bosta nkwatri u statwi ohra li kellha l-busnanna. Kont nilghab bihom jien u fi ftit jiem sar kollox frak. Bqajt infittex flixkun tal-luminata bhal dak li kien ikollha n-nanna. In-nanna Karmena mietet ukoll. Lura d-dar wara l-funeral taghha nircievi telefonata minghand habib tiegghi. Qalli biex immur sa ghandu. Mort u xi nsib? Kien sab jixtri flixkun tal-luminata b' San Gorg fuqu. Xtara wiehed ghalih u iehor ghalija. Tghid koincidenza jew xoghol in-nanna u San Gorg? Dan il-flixkun sab ruhu mal-kollezzjoni li ghandi u li llum tghodd il fuq minn 800 oggett kolha marbuta ma' San Gorg.

L-ewwel omelija tieghi

Jiena kont ordnat djaknu fil-Bazilika ta' San Duminku gewwa Bologna. L-ghada tal-ordinazzjoni ghamilt omelija fil-parrocca fejn kont immur naghmel xi servizz. Ovvjament din l-omelija kelli naghmilha bit-Taljan. Ftit gimghat wara gejt Malta. Kienet il-festa ta' San Gorg ta' Hal Qormi. L-Arcipriet riedni naghmel l-omelija tal-quddiesa tat-8.00 am. Bla dubju kien mini-panigierku. Ma stajtx naghmel mod iehor, ma stajtx inhalli okkazjoni bhal din tahrabli. Kienet l-ewwel omelija tieghi bil-Malti. Minn fuq l-artal harist lejn l-istatwa ta' Gorgi u xtaqt infahhru u nghid aktar. Imma mhux il-kwantita li tghodd. Il-kwalita l-importanti. Bosta qaluli kemm ghogbithom l-omelija. Jien kont sodisfatt li stajt infahhar lil dak li lejh dort kemm-il darba.

Sigriet!

Fl-istudju tal-filosofija u wara tat-teologija kelli madwar 80 ezami. Mhux facli meta tistudja bi lsien barrani u meta jkollok taffaccja l-professur wicc imb wicc biex taghmel ezami, ghaxd l-ezamijiet tgieghi dejjem keinu orali. Kull ezami li ghamilt f' dawn is-snin dejjem kelli fuqi xbiha ta' San Tumas ta' Akwinu, tal-Madonna tal-Ghar, ta' San Guzepp ta' Copertino u ta' San Gorg. U ghall-grazzja ta' Alla dejjem ghaddejt u mort tajjeb ukoll. Stenna, stenna naqra inti student li qieghed taqra. Tahsibx li kont noqghod b'idi fuq zaqqi u dawn il-qaddisin jaghmlu l-ezami. Kont nistudja u nipprepara, imma kont nitlob lil dawn il-qaddisin mhux biex jaghmlu l-impossibli imma biex jghinuni niftakar dak li nkun studjajt u biex neghleb il-biza' ta' meta ssib ruhek quddiem il-professur.

Gheluq

San Gorg f'hajti. Gorgjan twelidt u Gorgjan trabbejt. Fittixtu u tlabtu meta kelli bzonnu. Kif Gorgi rebah fuq id-dragun hekk jghin lilna nirbhu il-problemi li nhabbtu wiccna maghhom. Jien ma nfittixx provi materjali fuq dan il-qaddis bhalma jaghmlu certi pseudo-storici tal-Knisja. Jien infittex il-prova ontologika. Nitolbu jidhol ghalija quddiem Alla. Kull meta tlabtu xi haga u dil-haga kienet ta' gid ghalija, dejjem instama talbi. Min ilumni jekk nghid li San Gorg huwa bicca minn hajti?

Fr Reno Muscat OP