martedì 18 dicembre 2012

Kunċert tal-Milied


Nistgħu ngħidu li l-kunċert tal-Milied li l-Kor tad-Djoċesi ta’ Ruma jagħmel kull tielet Ħadd tal-Avvent issa sar appuntament ta’ kull sena għal bosta Rumani u persuni oħrajn li jgħixu Ruma kif ukoll għal għadd ta’ persuni li jiġu Ruma f dawn il-jiem. Nhar il-Ħadd li għadda saret id-29 edizzjoni ta' dan il-kunċert tal-Milied, li sar ġewwa l-katidral ta' San Giovanni in Laterano. Minkejja li l-kunċert beda fit 8.30 pm, il-katidral kien mimli diga fis-7.00. dan juri l-popolarita' ta’ dan il-kunċert. Il-kor tad-Djoċesi, immexxi bħal dejjem minn Monsinjur Marco Frisina kien kompost minn aktar minn 200 persuna. Kienu esegwiti għadd ta’ għanjiet tal-milied mhux biss mill-Italja imma minn madwar id-dinja, infatti sar kant bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż. Tkantat ukoll Quando nascette Ninno bin-naplitan. Din hija l-verżjoni oriġinali ta’ Tu scendi dalle stelle, miktuba bin-Naplitan minn San Alfons Marija di Liguori. Ma setax jonqos li l-kunċert jispiċċa bil-kant tal-kanzunetta Preferisco il Paradiso, l-għanja miktuba minn Frisina stess għall-Film li jġib l-istess isem. Il-Kor kien akkumpanjat mill-orkestra Fideles et Amati

Christmas Holly(silta mill-aħbarijiet minn Ruma u mill-Vatikan fuq Radju Marija Malta, 19 ta' Diċembru 2012)

Nessun commento:

Posta un commento