venerdì 7 dicembre 2012

Kunċizzjoni 2011 Ruma





 Il-Ħamis li għadda l-Knisja Kattolika iċċelebrat is-solennità tal-Immakultata Kunċizzjoni. Kien fl-1854 li l-Papa Piju IX ħabbar id-domma ta’ fidi tal-Immakulata Kunċizzjoni. Eżattament 3 snin wara l-istess Papa inawgura u bierek il-munument tal-Kunċizzjoni li nsibu qrib Pjazza Spagna. Il-Papa Piju XII beda ta’ kull sena fit-8 ta’ Diċembru jibgħat mazz fjuri lil din l-istatwa. Is-suċċessur tiegħu, Gwanni XXIII beda jmur huwa personalment f’ din il-pjazza sabiex iqiegħed f’ riġlejn il-Madonna mazz ward abjad. Wara kien jagħmel żjara lill-bażilika ta’ Santa Maria Maggiore. Din id-drawwa inżammet mill-papiet ta’ warajh. Il Papa Benedittu wkoll żamm din id-drawwa u nhar Il-Ħamis li għadda mar ukoll fi piazza Spagna taħt il-kolonna tal-Immakultata. F’ din l-okkażjoni il-Papa għamel diskors u wara bierek l-istatwa u lil dawk preżenti fil-pjazza.

 Il-Ħamis ukoll saret  il-purċissjoni Marjana Aux Flambeaux bl-istatwa tal-Madonna fit-toroq ċentrali tal-Belt Eterna. Din il-purċissjoni, li ssir fuq inizjattiva tal-Istitut Kristu Re, hija it-tielet waħda li saret. Il-puċissjoni bdiet mill-Knisja ta’ Ġesù u Marija għaddiet minn Via del Corso u spiċċat fil-Knisja ta’ Santa Maria Sopra Minerva. Fil-ħruġ tal-istatwa, ingħatat tislima mill-banda tal-Carabinieri. Matul il-purċissjoni ħadet sehem il-banda imejħa Formello li daqqet  innijiet marjani bejn posta u oħra tar-rużarju li ingħad matul din il-purċissjoni Aux Falmbeaux.  Din is-sena intużat  l-istatwa tal-Madonna ta’ Fatima li nġiebet minn Milan għal din l-okkażjoni. L-istatwa inġarret  fuq l-ispalel mis-seminaristi u minn żgħażagħ volontiera oħra.  Matul it-triq tal-purċissjoni, il-bosta knejjes li għaddiet  minn quddiemhom daqqew mota bil-qniepen tagħhom. Mal-wasla tal-istatwa fi piazza della minerva, il-banda tal-Carabinieri ssellmet mill-ġdid  lill-Madonna. Il-purċissjoni intemmet  billi Monsinjur Ferrer ta l-barka sagramentali quddiem il-knisja ta Santa Maria sopra Minerva u wara għamel diskors qasir tal-okkażjoni. 

(Silta mill-Aħbarijiet minn Ruma imxndara fuq Radju Marija Malta fl-14 ta' Diċembru 2011 minn Fr Reno Muscat OP)

Nessun commento:

Posta un commento