Fi ċkuniti spiss kont nisma’ min jgħid li aħna t-tfal ma konniex għadna
nafu nilgħabu, kuntrarjament għall-ġenituri tagħna. Issa li kbirt qed
nirrifletti fuq in-neputijiet u qiegħed ngħid jiena l-istess kliem li kieu
jgħidu lilna. Il-ġenituri tagħna kienu jaraw żmienhom aħjar minn dak tagħna u
aħna naraw iż-żmien tagħna aħjar min ta’ uliedna. Imma fil-verità din il-bidla
hija frott ta’ żvilupp kulturali u soċjali.
Din il-bidla fl-ibliet u aktar u aktar fl-irħula tagħna ġabet ukoll bidla
fl-attaġġjamenti tagħna. Ġabet bidla fil-mod ta’ kif bniedem jikkomunika ma’
bniedem ieħor. Fi tfulitna konna nkunu nafu isem sħabna, konna ngħixu ma’
sħabna. Fil-logħob tagħna konna nsemmu isem sħabna. Konna nilgħabu noli. Logħba
li bilfors iġġiegħlek titgħallem isem dawk l-oħrajn li jkunu qed jigħabu. Illum
it-tfal jilgħabu logħob virtwali. Minn sbieħ il jum jintefgħu quddiem
il-komputer jew l-apparat tal-video games u jehdew sigħat twal quddiemu. Ġieli
jilgħabu logħob fuq l-internet ma’ persuni li lanaqas ikunu jafu min huma jew x
jisimhoim jew minnliema pajjiż huma għax għall-koputer min jiżah huwa biss
numru. Fil-logħba tan-noli konna ngħajtu: Frans, Noel, Victor, Mary, Jane, Raymond.
Illum fuq l internet jiena biss numru, in-numru IP. Imma x’ tort għandom
it-tfal li jagħmlu hekk? Fadlilhom għelieqi fejn jiġru u jilgħabu noli jew
ħarba jew passju?
Bil-progress teknoloġiku li sar inbidel ukoll il-mod ta’ kif nikkomunikaw
ma’ xulxin. Illum bosta jsiru ħbieb mingħajr ma biss jiltaqgħu fiżikament. Is-social networks ħadu post is-swali
tal-Azzjoni Kattolika jew tal-Mużew. Illum biex wieħed jiltaqa’ ma’ xi ħadd ma
għandux bżonn joħroġ minn daru. Biżżejjed jixgħel il-komputer u jidħol fuq xi social network. Madwar id-dinja aktar
minn ħames mitt miljun persuna jużaw il-Facebook. Dan ifisser ħames mitt miljun
persuna inqas mit-toroq. X’ għaġeb! Xi progress!
Imma ħadd ma jista’ jwaħħal f’ ħadd. Il-progress sar fid-dinja kollha u
ħadd ma jista’ jżommu. U minn banda imnalla li huwa hekk. Illum li t-tfal
tat-triq ma għadx ghandhom l-għelieqi fil-qrib biex imorru jilgħabu fihom. Fejn
sejrin isibu fejn jilgħabu? Imkien jekk mhux quddiem l-iscreen tal-komputer.
Il-ġenituri tagħna jgħidu li tfulithom kienet aħjar minn tagħna u aħna ngħidu
li tfulitna kienet aħjar minn tat-tfal tal-lum. Min jaf liema hija l-aħjar?
© Fr. Reno Muscat OP
08/10/2011
Nessun commento:
Posta un commento