Nistgħu ngħidu li
l-kunċert tal-Milied li l-Kor tad-Djoċesi ta’ Ruma jagħmel kull tielet Ħadd
tal-Avvent issa sar appuntament ta’ kull sena għal bosta Rumani u persuni
oħrajn li jgħixu Ruma kif ukoll għal għadd ta’ persuni li jiġu Ruma f dawn
il-jiem. Nhar il-Ħadd li għadda saret id-29 edizzjoni ta' dan il-kunċert tal-Milied, li sar ġewwa l-katidral ta' San Giovanni in Laterano. Minkejja li l-kunċert
beda fit 8.30 pm, il-katidral kien mimli diga fis-7.00. dan juri l-popolarita' ta’ dan il-kunċert. Il-kor tad-Djoċesi, immexxi bħal dejjem minn Monsinjur Marco
Frisina kien kompost minn aktar minn 200 persuna. Kienu esegwiti għadd ta’ għanjiet tal-milied mhux
biss mill-Italja imma minn madwar id-dinja, infatti sar kant bl-Ingliż, bil-Franċiż u
bil-Ġermaniż. Tkantat ukoll Quando
nascette Ninno bin-naplitan. Din hija l-verżjoni oriġinali ta’ Tu scendi
dalle stelle, miktuba bin-Naplitan minn San Alfons Marija di Liguori. Ma setax jonqos li
l-kunċert jispiċċa bil-kant tal-kanzunetta Preferisco il Paradiso, l-għanja
miktuba minn Frisina stess għall-Film li jġib l-istess isem. Il-Kor kien
akkumpanjat mill-orkestra Fideles et Amati
martedì 18 dicembre 2012
domenica 9 dicembre 2012
Bil-qatra l-qatra
“U ħares Alla lejn kull ma kien għamel, u ara, kollox kien tajjeb ħafna […]” (Ġen 1, 31) Hekk insibu mniżżel fl-ewwel kapitlu ta’ l-ewwel ktieb tal-Bibbja, wara l-ħolqien Alla ra li kollox kien f’ postu, kollox kien kif għandu jkun. Imma kemm nistgħu ngħidu li llum għadu kollox f’ postu? Kemm nistgħu ngħidu llum li fid-dinja hawn kollox tajjeb ħafna? Veru li Alla ħalaq il-bniedem u tah id-dritt li jikkmanda l-art, iżda l-bniedem minbarra li kkmanda l-art, abbuża minnha, sfruttaha, u f’mumenti wkoll ħarbatha.
Fix-xahar ta’ Frar kont fuq l-Alpi, fl-Italja. Mort f’ post famuż għas-silġ. Mhux sejjer ngħid li ma kienx hemm silg, imma paragunat ma’ snin oħra is-silġ kien ftit li xejn. Lejn l-aħħar ta’ April jew il-bidu ta’ Mejju smajt fuq l-aħbarijiet li f’ dan l-istess post niżlet kwantità kbira ta’ silġ, ħaġa rarissima għax f’ dak iż-żmien tas-sena mhux soltu li jinżel silġ. U għalfejn immorru bogħod minn xtutna? Ix-xitwa li għaddiet kienet waħda pjuttost niexfa. Sar saħansitra talb għax-xita. Beda Ġunju u xi toroq ta’ Malta inbidlu fi xmajjar bix-xita li għamlet. Ġurnata qabel dan li qed ngħid, eluf ta’ Maltin kienu miġbura fil-pjazza tal-Vatikan għall-Kanonizazzjoni ta’ San Ġorġ Preca u saru għasra għax ix-xita bħal donnha ma xtaqitx tieqaf. U dan kollu fix-xahar li fih jibda s-sajf.
Dan kollu għandna neħduh bħala sinjal. In-natura qed turina li hemm xi ħaġa li mhux sejra sewwa. Il-makkinarju għandu bżonn l-attenzjoni! L-ingranaġġi qed jitgerfxu f’ xulxin! Qegħda turina biċ-ċar li hemm bżonn nagħmlu xi ħaġa għax l-affarijiet ma għadhomx kif kienu. U bla ma rridu nieqfu naħsbu ftit u ngħidu “Imma jien waħdi x’ nista’ nagħmel?” Hemm x’ wieħed jagħmel, l-importanti li dak li wieħed jista’ jagħmel jagħmlu. U nagħti ftit eżempji: Jekk mhux ser nuża l-kompjuter għal tul ta’ ħin, nitfih u nerġa nixgħelu meta jkolli bżonnu, jekk hemm vit iqattar insewwih mill-ewwel, jekk ser noħrog mill-kamra nitfi d-dawl, jekk sejjer il-belt u ma għandix għaġla paritikolari immur bil-mezzi pubbliċi u mhux bil-karozza tiegħi. U la qiegħed insemmi l-karozzi tajjeb hawnhekk insemmi din l-esperjenza tiegħi. Għal bosta snin kont naħdem f’ uffiċċju f’ qasam industrijali. Maġenb l-uffiċċju kien hemm, (u għadha hemm) fabbrika li tħaddem eluf ta’ persuni. Ta’ kuljum kont nara mijiet kbar ta’ karozzi ipparkjati barra l-fabbrika. Il-maggoranza ta’ dawn il-karozzi kienu jservu biss biex iwasslu persuna waħda. Jekk isir ftehim bejn żewġ persuni u wieħed jagħddi għall-ieħor jonqsu żewġ problemi: il-problema tal-parkeġġjar u l-problema ekoloġika.
Forsi hemm min ma jinteressaħx mill-problema ekoloġika, imma jekk wieħed jaħseb ftit, jara li jekk jieħu xi miżuri ta’ din il-kwalità, anke butu jgawdi. Ma nisewx x’ jgħid il-Malti, bil-qatra l-qatra tintela’ l-ġarra, u jien ngħid ukoll li bil-qatra l-qatra wkoll din l-istess ġarra tiżvojta.
Reno Muscat OP
awwissu 2007
venerdì 7 dicembre 2012
Kunċizzjoni 2011 Ruma
Il-Ħamis li għadda l-Knisja Kattolika iċċelebrat is-solennità
tal-Immakultata Kunċizzjoni. Kien fl-1854 li l-Papa Piju IX ħabbar id-domma ta’
fidi tal-Immakulata Kunċizzjoni. Eżattament 3 snin wara l-istess Papa inawgura
u bierek il-munument tal-Kunċizzjoni li nsibu qrib Pjazza Spagna. Il-Papa Piju
XII beda ta’ kull sena fit-8 ta’ Diċembru jibgħat mazz fjuri lil din
l-istatwa. Is-suċċessur tiegħu, Gwanni XXIII beda jmur huwa personalment f’ din
il-pjazza sabiex iqiegħed f’ riġlejn il-Madonna mazz ward abjad. Wara kien
jagħmel żjara lill-bażilika ta’ Santa Maria Maggiore. Din id-drawwa inżammet
mill-papiet ta’ warajh. Il Papa Benedittu wkoll żamm din id-drawwa u nhar
Il-Ħamis li għadda mar ukoll fi piazza Spagna taħt il-kolonna tal-Immakultata.
F’ din l-okkażjoni il-Papa għamel diskors u wara bierek l-istatwa u lil dawk
preżenti fil-pjazza.
Il-Ħamis
ukoll saret il-purċissjoni Marjana Aux Flambeaux bl-istatwa tal-Madonna
fit-toroq ċentrali tal-Belt Eterna. Din il-purċissjoni, li ssir fuq inizjattiva
tal-Istitut Kristu Re, hija it-tielet waħda li saret. Il-puċissjoni bdiet
mill-Knisja ta’ Ġesù u Marija għaddiet minn Via del Corso u spiċċat fil-Knisja
ta’ Santa Maria Sopra Minerva. Fil-ħruġ tal-istatwa, ingħatat tislima
mill-banda tal-Carabinieri. Matul il-purċissjoni ħadet sehem il-banda imejħa
Formello li daqqet innijiet marjani bejn
posta u oħra tar-rużarju li ingħad matul din il-purċissjoni Aux Falmbeaux. Din is-sena intużat l-istatwa tal-Madonna ta’ Fatima li nġiebet
minn Milan għal din l-okkażjoni. L-istatwa inġarret fuq l-ispalel mis-seminaristi u minn żgħażagħ
volontiera oħra. Matul it-triq
tal-purċissjoni, il-bosta knejjes li għaddiet minn quddiemhom daqqew mota bil-qniepen
tagħhom. Mal-wasla tal-istatwa fi piazza della minerva, il-banda tal-Carabinieri
ssellmet mill-ġdid lill-Madonna.
Il-purċissjoni intemmet billi Monsinjur
Ferrer ta l-barka sagramentali quddiem il-knisja ta Santa Maria sopra Minerva u
wara għamel diskors qasir tal-okkażjoni.
(Silta mill-Aħbarijiet minn Ruma imxndara fuq Radju Marija Malta fl-14 ta' Diċembru 2011 minn Fr Reno Muscat OP)
San Gorg f' hajti
Meta
gejt mitlub nikteb artiklu b'dan l-isem, dlok hsibt li se tkun haga facli, imma
ghaddew gimghat sakemm bdejt nikteb. Matul dawn il-gimghat hsibt fuq li hsibt,
u aktar ma hsibt aktar bdejt induna kemm San Gorg jinsab f' hajti. Dak li hsibt
li se jkun facli indunajt li kien difficli ghax tant hemm x' nghid dwar San Gorg f'hajti li kelli
nqassar kemm nista'. Imwieled Hal Qormi,
fil-parrocca Gorgjana, sirt nisrani f'din l-istess knisja parrokkjali sitt
ijiem wara twelidi, ma setax jonqos li Gorgi jkun element principali ta'
tfuliti u ta' hajti kollha.
L-ewwel
stejjer
Konna
noqghodu mal-busnanna Anni. Kienet romlot zghira fi zmien il-gwerra.
Il-busnannu kien miet b'bomba tal-hin waqt li kien ghaddej mill-Marsa. Kellha
tifla wahda, in-nanna tieghi, u meta zzewgu ommi u missieri marru joqghodu
maghha. Kull meta kont nidhol f' kamritha, qalb il-bosta nkwatri ta' qaddisin u
madonni u statwi u nicec, fuq wahda mis-sodod kien hemm inkwatru ta' kavallier
fuq ziemel, jissielet ma' dragun u tfajla mal-genb thares lejn iz-zaghzugh
taz-ziemel b'idejha maghqudin ma' xulxin donnha qed titlob. 'Dak min hu nann?'
kont staqsejtha darba minnhom. 'Dak San Gorg', kienet qaltli. 'Mela San Gorg
ghandu ziemel?' ergajt jien. Billi Hal Qormi dak iz-zmien aktar mil-lum kien
mimmli biz-zwiemel, kont midhla ta' dak
l-annimal. 'U dak x' ghandu tahtu nann?'
bqajt nistaqsi, 'Dak dragun' qaltli. Bqajt inhares bla ma tkellimt xejn imma
l-busnanna intebhet li kont issahhart b' dik ix-xbieha.
Gieli
kont norqod mal-busnanna, u hawn bdejt nisma' l-istejjer u l-leggendi marbutin
ma' Gorgi. Stejjer li n-nanna min jaf minghand liema panigerkista kienet
semghet. Min jaf kemm-il sena kienet ilha tisma' u tisma' u tkabbar l-imhabba u
l-qima lejn San Gorg. Illum nista' nifhem ghax jien ukoll hekk naghmel. Smajt
stejjer, xi kultant esegerati, imma llum li studjat naf minn fejn gew dawn
l-istejjer, il-passjonijiet, l-atti tal-martri, il-leggendi. Illum il-kwadru
ta' San Gorg li kellha l-busnanna ghadu ghandi u nghozzu b' qalbi kollha. Ma
fih l-ebda pregju artistiku ghax huwa santa kbira imdahhla f'inkwatru, imma
ghalija fih sinifikat kbir ghax kif il-bidu tal-imhabba tieghi lejn San
Gorg, liema mhabba kopliet t kber matul
is-snin.
L-ewwel
festa
L-ewwel
festa ta' San Gorg li niftakar kont mort il-knisja mal-busnanna. Kif ghadha
d-drawwa sal-lum, il-jum tat-Tlieta tal-festa ikun iddedikat lill-morda u
lill-anzjani. Niftakar mort mal-busnanna, mghottija b' ghonnella sewda. Safejn
naf jien il-busnanna tieghi keinet l-ahhar wahda li kienet ilbes l-ghonnella
Hal Qormi, jew tal-anqas din hija l-idea tieghi. Jekk mhux hekk, zgur li kienet
wahda minn tal-ahhar li libset l-ghonnella fir-rahal tieghi. Kont ghadni lanqas
ghamilt l-ewwel tqarbina, l-Arcipriet kien Dun Gerald Frendo. Kien pogga idu
fuq rasi, dak iz-zmien mimlija nokkli sofor. 'Thobbu lil San Gorg?' kien qalli.
Tajt daqtejn b' rasi 'l isfel biex nurih li 'Iva'. 'Dan naghmluh qassis Ann!'
qal lill-busnanna. Haditni quddiem l-istatwa ta' San Gorg. Kemm hu kbir. Kemm
hu sabih. Kemm qieghed fil-gholi. 'Fejn hu z-ziemel nann?' In-nanna ma qaltli
xejn imma Dun Gerald dlonk qalli: 'Fl-istalla', u dahqu bil-qalb hu,
il-busnanna u dawk il-ftit li kienu qribna u semghuna.
Festa
ta' Hal Qormi
Bdejt
nikber u kelli l-hbieb. Kont immur l-iskola tar-rahal. Wiehed mill-ghalliema li
niftakar sewwa kien is-Sur Karmenu Cardona. Kien hu Guze' Cardona. Kien Qormi
bhalna u kien inissel fina mhabba kbira ghal dak kollu li hu Qormi. Inizzilna
l-muzew tal-knisja u jirrakontalna grajjiet rahal twelidna. Bla dubju kabbar
fina wkoll l-imhabba lejn il-qaddis patrun tal-Qriema. Fil-gimgha tal-festa
kont immur il-knisja u wara ftit il-marc. Ma kontx nibqa' sal-ahhar imma l-bidu
tal-marcijiet kont narahom. Is-sibt kont niltaqa' ma shabi tal-iskola,
tal-klassi tas-Sur Cardona u b' ghaxar centezmi konna nixtru Hot dog. Illum
facli wiehed imur festa ta' xi rahal qrib, imma meta tkun tfal tistenna l-festa
tar-rahal minn sena ghal ohra ghax hija avveniment uniku fil-hajja. Darba
dhalna jien u shabi induri l-knisja. Kullimkien damask u fjuri. Dhalt fil-kor u
sibt ruhi quddiem kwadru kbir – il kwadri titulari. 'Dak tal-Preti, pittur
Taljan.' smajt minn jghidli. Dort u nara lis-sur Cardona. 'Gabuh mill-Italja
Sir?' staqsejtu. 'Le, kien joqghod hawn Malta. Barra dan ghandu zewg pitturi
ohra ta' San Gorg, wahda l-belt u l-ohra Ghawdex. La tikber qis li tmur
tarahom!' Ghajnejja berraqthom u dak il-hin wieghedt lili nnnifsi li la nikber
immur nara dawn iz-zewg kwadri li qalli bihom is-Sir. Igri nikber.....
Patrun
Minbarra
li San Gorg kien il-patrun tal-parrocca tieghi, fl-adoloxxenza tieghi inghaqadt
ma' moviment li ghandu lil San Gorg bhala patrun. Dhalt mal-iScouts. Ghalkemm
dan ma huwiex moviment religjuz, xorta wahda ghandu qaddis patrun. Bhala scout
smajt u qrajt il-hajja ta' Gorgi. Il-busnanna, li issa kienet marret tgawdi lil
Alla u lil San Gorg, kienet qaltli bosta stejjer dwar dan il-qalbieni
kavallier. Issa kien patrun u prottetur doppju ghalija u kont niehu gost naqra
u nisma' fuq il-qaddis patrun tal-moviment. Bla ma rrid mohhi kien jittajjar
lura fis-snin meta minn fuq soddti kont nisma' lin-nanna Anni tirrakkontali
l-grajjiet ta' San Gorg.
L-ewwel
festa f' Ghawdex
Il-hsieb
li xi darba rrid nara il-kwadri tal-Preti baqa' jberren f' mohhi. Ghalaqt
it-tmintax u gibt il-licenzja, ftit wara xtrajt karozza u meta wasal it-tielet
Hadd ta' Lulju jien u tnejn minn shabi iddecidejna li nitilghu Ghawdex. Bla ma
habbilna rasna xejn ghabbejna tinda u tlett sleeping bags fil-bagoll tal-Mini
Minor u tlaqna lejn Ghawdex. Konna scouts u biex inwaqqfu tinda kienet haga
hafifa ghalina. Konna ghadna tfal, li norqdu barra kienet avventura. Qatt ma
kont tlajt ghall-festa ta' San Gorg ta' Ghawdex. Il-knisja kont gieli rajtha,
ghax gieli kont gejt qabel Ghawdex jew mal-genituri jew mal-hbieb, imma
ghall-festa qatt.
Iddecidejna
li narmaw it-tinda il-qbajjar, imma sakemm isir il-hin nitilghu l-festa.
Fit-telgha ta' Marsalforn: tikk. Taqtira ilma, tikk tikk, aktar u sakemm
wasalna r-Rabat infethu bibien is-sema. Ir-Rabat sibna bosta rgiel izarmaw
l-istatwi. Tassew li l-armar tal-festa ta'San Gorg t' Ghawdex dak iz-zmien ma
kienx dak li huwa llum, imma xorta wahda kien hemm xi zzarma u x' tghatti.
Il-lejl
kopla bix-xita u l-post fejn konna hsibna li narmaw it-tinda fih kien ghasra.
Spiccajna reqdin ta' Sannat, it-tlieta fil-karozza. Inqadna. Insomma ejja
nghidu ghaddejna l-lejl minflok irqadna. L-ghada l-festa saret xorta u ma ninsa
qatt il-festa ta' San Gorg t' Ghawdex ta' dik is-sena.
Statwa
Kelli
habib tieghi li hajjarni naghmlu sett pavaljuni ghat-triq tad-dar taghna.
Tkellimna mal-girien u qablu maghna. Ghenuna mil-lat finanzjarju u mil-lat
morali. Wara l-pavaljuni xtaqna naghmlu statwa. Il-girien regghu qablu maghna.
Kellimt lill-artist Ghawdxi Alfred Camilleri Cauchi. Issuggerejna replika
tal-istatwa tal-knisja. Dahal ghaliha dil-bicca xoghol dan l-artist bravu.
Fir-rahal kien hemm min qabel u kien hemm min ma qabilx li ssir replika
tal-istatwa titulari. L-istatwa saret u harget sabiha hafna. Hadnieha Hal Qormi nhar it-Tnejn tal-festa tal-1996. Hadniha fuq
iz-zuntier u kien hemm min hasibha l-istatwa tal-knisja. Bla dubju hemm bdew
il-kummenti, min qal li jleqq hafna, min qal li l-kulur tal-mant car u min haga
u min ohra. Ghadni nara sacerdot mill-parrocca tieghi ihares lejn l-istatwa u
jibqa' fil-veru sens tal-kelma b'halqu miftuh. Dakinhar wiehed habib tieghi
gibidni lejh u qalli: 'Isma Ren, jien skola ma nafx, imma noqghod hdejha – ha
nghallmek xi haga: is-sabih fih elf difett, imma l-ikrah difett wiehed biss
ghandu li hu ikrah – prosit ghamiltu statwa sabiha!' Tassew dan Gorg ma jafx
skola imma l-esperjenza ta' ma nafx kemm-il sena jahdem ix-xatt ghallmitu bosta
xorti.
Fuq
qabar il-qaddis.
Wahda
mix-xewqat kbar li kelli kienet li nzur l-Art Imqaddsa. Meta giet l-okazjoni ma
tliftiex. Fil grupp konna 53 persuna, fosthom xi Ghawdxin Gorgjani. Ma setax
jonqos li la konna hemmhekk immorru nzuru il-qabar ta' dak li nahsbu fih 365
jum fis-sena. Morna Lidda taht xemx tizreg. Dakinhar esperjenzajt l-imhabba li
xi whud ghandhom lejn Gorgi Taghna. Mela wahda sinjura kienet sfortunata u
kisret sieqha waqt li konna f' dan il-pellegrinagg. Meta morna Lidda giet
maghna. Issa dawk minnkon li marru fuq il-qabar ta' San Gorg jafu li fil-knisja
hemm kripta bil-qabar tal-qaddis li tinzel ghaliha b'tarag xejn komdu. Ahna
inzilna u hallejna lil dik il-mara b' sieqha fil-gibs fil-knisja. Hin minnhom
smajna passi tqal niezlin it-tarag tal-kripta. Kienet hi. Ghidnielha 'Mela
nzilt?' Qaltina: 'Ahna nghidu li anke bla saqajn immorru wara Gorgi ahseb u ara
b ' sieq u nofs!' Kienet esperjenza mill-isbah. Xtaqt li jieqaf l-arlogg.
Ktieb
Gorgjan
Wahda
gara taghna kienet sellftini ktieb bil-hajja ta' San Gorg. Kien ktieb tal-1935,
kienet il-hajja ta' San Gorg miktuba minn Guze' Muscat Azzopardi. Ma kienitx
l-ewwel edizzjoni tal-ktieb. Sibt il-hin u kkuppjajtha fuq il-computer. Xtaqt
nippublikaha mill-gdid. Tkellimt ma' xi whud imma ma sibtx min jghinni. Darba
kont qed nitkellem man-Nutar Antoine Agius u ghidtlu li ghandi din il-hajja ta'
San Gorg diga fuq il-computer. Qalli li jixtieq johrog ktieb dwar il-qaddis
taghna u hajjarni nghinnu. Htaftu fil-kelma. Inghaqadna grupp ta' Gorgjani
Qriema u mir-Rabat Ghawdex. Il-ktieb bl-isem San Gorg Megalormartri
hareg fl-ewwel ta' Jannar 2000. Zgur li huwa l-ewwel ktieb Malti ghal dan
il-millenju. Kont ktibtu fuq il-computer kollu kemm hu jien, ftit fuq il
computer tieghi u ftit fuq il-laptop tan-Nutar Agius. Gieli ghamilt sa kmieni
filghodu naqra u nikteb. Il-ktieb qata' ghatx li kien hawn fil-kamp letterarju
dwar dan il-qaddis popolari.
Hajja
religjuza
Meta
dhalt fil-hajja religjuza kelli nhalli rahal twelidi. Jghidu li boghod
mill-ghajn boghod mill-qalb u ghalhekk sabiex Gorgi ma jkun qatt boghod minni
wahhalt santa tieghu fil-kamra tal-kunvent. Shabi kienu jaqbdu mieghi kienu
imma malajr draw. Ahna r-religjuzi naghmlu dik li tissejjah professjoni,
jigifieri weghda lil Alla li nghixu l-faqar, il-kastita u l-ubbidjenza. Hemm
formola li nistqarru quddiem il-Knisja, waqt li jkollna idejna f'idejn
il-provincjal. Il-formola tinkiteb fuq karta u tinqara waqt il-funzjoni.
Ghall-professjoni semplici jiena kont ktibt il-formola fuq wara ta' santa ta'
San Gorg u ghadha ghandi sal-lum. Kultant naqraha u mbaghad indawwarha u
nhares lejn Gorgi taghna, fuq iz-ziemel, l-istess kif rajtu l-ewwel darba
fl-inkwartu fil-kamra tal-busnanna.
Wasalt
ghall-professjoni solenni u bla dubju xtaqt naghmilha fil-parrocca ta' belti.
X' tertieq il-qalb sakemm iddecidew is-superjuri tieghi, lanqas niftakar ma
rrid! Imma fl-ahhar iddecidew u ghamiltha fil-Parrocca ta' San Gorg Hal Qormi.
Nigri
wara San Gorg
Wiehed
mill-passatempi tieghi huwa s-safar. Kemm bhala divertiment kif ukoll fuq
studju kelli nsiefer bosta drabi. Kull darba li sifirt dejjem fittixt jekk
ikunx hemm xi knisja ddedikata lil dan il-qaddis. Illum bil-ghajununa
tal-intenet saret aktar facli li ssib dawn il-postijiet. Ma nafx ezatt kemm
zort minn dawn il-knejjes, imma niftakar li mort fi knejjes Gorgjani f'Palermo,
Ragusa u Modena fi Sqallija, San Gorgio
Morgeto, San Giorgo la Molara, San Giorgio del Sanno, San Giorgio a Cremano,
San Giorgio del Piano, Al Velabro, Maggiore (Napoli), Turin, Milan, Venezja
fl-Italja. Durazzo l-Albanija. Kolonja u Munich fil-Germanja. Lugano
fl-Isvizzera, Marsilja fi Franza, Windsor l-Ingilterra. Naf li hemm aktar imma
ma ghaqndix statistika ezatta. Kull darba hassjtni f' dari meta kont quddiem
ix-xbieha ta' dan il-qaddis mahbub taghna.
Mal-inkwatru
tan-nanna
Il-busnanna
li semmejt qabel kienet nanna ta' missieri. In-nanna materna, in-nanna Karmena,
minkejja li kienet Qormija, meta zzewget marret toqghod tas-Sliema. Emegrat
lejn l-Awstralja imma ma sadditx ghax f' inqas minn sentejn regghet lura Malta.
Baqghet tghix Hal Qormi. Kont kultant immur naraha. Kien ikollha fliexken
tal-luminata b' San Gorg fuqhom. Kienet ittini flixkun luminata u tazza u kont
nitghaxxaq inhares lejn ix-xbieha ta' fuq il-flixkun. Darba ghidt bejni u bejn
ruhi li la nikber nibda ngemma dak kollu li ghandu x' jaqsam ma San Gorg.
Ghadda z-zmien u bdejt din il-kollezzjoni. Sa dan it-tant il-luminata li kienet
tixtri n-nanna Karmena ma baqgghetx tidher fis-suq. L-ewwel haga li dahhalt
fil-kollezzjoni Gorgjana tieghi kien il-kwadru tal-busnanna li ma messitux
ix-xorti li messet lil bosta nkwatri u statwi ohra li kellha l-busnanna. Kont nilghab
bihom jien u fi ftit jiem sar kollox frak. Bqajt infittex flixkun tal-luminata
bhal dak li kien ikollha n-nanna. In-nanna Karmena mietet ukoll. Lura d-dar
wara l-funeral taghha nircievi telefonata minghand habib tiegghi. Qalli biex
immur sa ghandu. Mort u xi nsib? Kien sab jixtri flixkun tal-luminata b' San
Gorg fuqu. Xtara wiehed ghalih u iehor ghalija. Tghid koincidenza jew xoghol
in-nanna u San Gorg? Dan il-flixkun sab ruhu mal-kollezzjoni li ghandi u li
llum tghodd il fuq minn 800 oggett kolha marbuta ma' San Gorg.
L-ewwel
omelija tieghi
Jiena
kont ordnat djaknu fil-Bazilika ta' San Duminku gewwa Bologna. L-ghada
tal-ordinazzjoni ghamilt omelija fil-parrocca fejn kont immur naghmel xi
servizz. Ovvjament din l-omelija kelli naghmilha bit-Taljan. Ftit gimghat wara
gejt Malta. Kienet il-festa ta' San Gorg ta' Hal Qormi. L-Arcipriet riedni
naghmel l-omelija tal-quddiesa tat-8.00 am. Bla dubju kien mini-panigierku. Ma
stajtx naghmel mod iehor, ma stajtx inhalli okkazjoni bhal din tahrabli. Kienet
l-ewwel omelija tieghi bil-Malti. Minn fuq l-artal harist lejn l-istatwa ta'
Gorgi u xtaqt infahhru u nghid aktar. Imma mhux il-kwantita li tghodd.
Il-kwalita l-importanti. Bosta qaluli kemm ghogbithom l-omelija. Jien kont
sodisfatt li stajt infahhar lil dak li lejh dort kemm-il darba.
Sigriet!
Fl-istudju
tal-filosofija u wara tat-teologija kelli madwar 80 ezami. Mhux facli meta
tistudja bi lsien barrani u meta jkollok taffaccja l-professur wicc imb wicc
biex taghmel ezami, ghaxd l-ezamijiet tgieghi dejjem keinu orali. Kull ezami li
ghamilt f' dawn is-snin dejjem kelli fuqi xbiha ta' San Tumas ta' Akwinu,
tal-Madonna tal-Ghar, ta' San Guzepp ta' Copertino u ta' San Gorg. U
ghall-grazzja ta' Alla dejjem ghaddejt u mort tajjeb ukoll. Stenna, stenna
naqra inti student li qieghed taqra. Tahsibx li kont noqghod b'idi fuq zaqqi u
dawn il-qaddisin jaghmlu l-ezami. Kont nistudja u nipprepara, imma kont nitlob
lil dawn il-qaddisin mhux biex jaghmlu l-impossibli imma biex jghinuni niftakar
dak li nkun studjajt u biex neghleb il-biza' ta' meta ssib ruhek quddiem
il-professur.
Gheluq
San
Gorg f'hajti. Gorgjan twelidt u Gorgjan trabbejt. Fittixtu u tlabtu meta kelli
bzonnu. Kif Gorgi rebah fuq id-dragun hekk jghin lilna nirbhu il-problemi li
nhabbtu wiccna maghhom. Jien ma nfittixx provi materjali fuq dan il-qaddis
bhalma jaghmlu certi pseudo-storici tal-Knisja. Jien infittex il-prova
ontologika. Nitolbu jidhol ghalija quddiem Alla. Kull meta tlabtu xi haga u
dil-haga kienet ta' gid ghalija, dejjem instama talbi. Min ilumni jekk nghid li
San Gorg huwa bicca minn hajti?
Fr
Reno Muscat OP
Iscriviti a:
Post (Atom)