
Żgħażagħ attivi
Bla dubju ta’
xejn iż-żgħażagħ huma l-aktar bnedmin attivi. Huma l-aktar persuni avventurużi,
l-aktar kurjużi, l-aktar involuti fi gruppi ta’ kull tip. Is-saħħa fiżika u
l-enerġija ta’ dawn is-snin bil-fors li jagħmlu liż-żgħażagħ attivi, dejjem
sejrin u donnhom ma jgħejjew qatt. Kull fejn hemm xi grupp attiv għandek issib
iż-żgħażagħ.
Billi ż-żagħażagħ
ikunu għadhom ma laħqux il-maturità assoluta, ġieli nisimgħu b’ xi praspura
minn tagħhom. L-agħar ħaġa hija jekk in-nuqqas ta’ maturità tbiddel attività fi
bluha li tipperikola ħajjet iż-żgħażagħ stess jew ħajjet persuni oħra.
Sfortunatament ġieli smajna b’ telf ta’ xi ħajja fl-eqqel tagħha minħabba
nuqqas ta’ maturità.
Qalb kbira
Iż-żgħażagħ huma
ġeneralment nies ġenerużi u qalbhom tajba. Araw meta ssir xi attività b’ risq
xi istituzzjoni tal-karità, kif dejjem tkun iffullata biż-żgħażagħ jgħinu f’
kull sens tal-kelma, kemm mil-lat finanzjaru kif ukoll bħala loġistika u
organizazzjoni. Qed tiġini f’ moħħi l-mixja li ssir ta’ kull sena mill-Mellieħa
sal-Isla b’ risq waħda mill-istituzjonijiet ta’ benevolenza lokali. Din tiġbed
lejha eluf ta’ żgħażagħ li bejn Ħamis ix-Xirka u l-Ġimgħa l-Kbira jħallsu
miżata u jimxu 30 kilometru. Bla ma nidħol fl-argument jekk dan huwiex il-lejl
ideali biex issir din il-mixja, jkollna nammettu li l-maġġoranza
tal-parteċipanti fiha jkunu persuni ta’ bejn il-15 u t-35 sena. Biex ngħid
id-dritt ukoll, kieku din il-mixja ma ssirx dakinhar, niddubita kemm minn dawk
iż-żgħażagħ imorru jagħmlu l-visti tas-seba’ knejjes minflok!

a xogħol bil-qalb kollha. Hemm xi wħud li meta jagħmlu l-ewwel esperjenza bħal din jibqgħu jagħmluha kull sajf. Dawn huma ż-żgħażagħ!
Żagħżugħ ta’ dejjem

Tabilħaqq kliem
mill-isbaħ iżda isbaħ hija r-riflessjoni. Tassew li kollox jiqdiem imma l-baħar
jibqa’ dak li jkun: żagħżugħ ta’ dejjem.
Hemm persuni li
minkejja li jkunu qabżu l-faxxa tal-età taż-żgħożija xorta jibqgħu għaddejjin
bl-attivitajiet tagħhom daqs li kieku għadhom żgħażagħ. Bħall-baħar, il-bniedem
jista’ jkun żagħżugħ ta’ dejjem. Mhux għax il-marki tan-natura ma jkunux jidhru
fuq dak li jkun iżda għax ikun għadu żagħżugħ fil-qalb. Mela nistgħu nsibu
żgħażagħ ta’ sittin jew sebgħin sena, dawn huma żagħażagħ ta’ dejjem, dawk li
minkejja l-età jibqgħu attivi. Tassew li s-snin jgħaddu u kull ma jmur jibdew
itellfu mill-effiċjenza u l-flessibiltà tal-persuna, imma r-rieda ma twaqqafiex
l-ineffiċjenza jew xi privazzjoni fiżika oħra.
Aġġettivi
Spiss nisimgħu
kliem xi ftit jew wisq dispreġġjattiv dwar iż-żgħażagħ; traskurati, bla moħħ,
injoranti u ma nafx x’ iktar. Forsi jkun hemm każi fejn dawn l-aġġettivi jkunu
f’ posthom u forsi hemm fejn ikunu xi ftit eseġerati. Allura huwa dmir tagħna, aħna
li l-età taż-żgħożija għaddiet minn fuqna, li nikkoreġu dak li naraw ħażin fiż-żagħżagħ.
Ma ninsewx li lilna xi ħadd kien ikkoreġiena wkoll meta konna għadna
fiż-żgoħżija.
Fr Reno Muscat
Dan l-artiklu deher f' In-Nazzjon, 4 ta' Ġunju 2016
Nessun commento:
Posta un commento