Il-kappella ta' San Ġorġ f 'Windsor |
Nhar id-19 ta’ Mejju 2018
bosta kienu dawk li segwew it-tieġ li kien sar bejn il-Prinċep Harry u Meghan
Markle. Kuntrarjament għal ħuh, il-Prinċep William, dan ma għażilx il-katidral
ta’ Westiminstger biex jorbot l-għoqda iżda pprefera il-kappella ta’ San Ġorġ
li nsibu fil-kastell Windsor, ftit aktar minn għoxroim kilometru bogħod minn
Londra. Dan il-katell huwa wieħed mir-residenzi uffiċjali tar-Reġina Eliżabetta
II u huwa l-akbar kastell abitat fid-dinja. Ejjew naraw ftit l-istorja ta’ din
il-kappella.
Meta ngħidu kappella ma
rridux nimmaġinaw li din hija xi kappella ċkejkna bħalma aħna mdorrijja naraw
fil-kampanja tagħna. Din tissejjaħ kappella għax tagħmel parti minn bini akbar
li huwa l-Palazz Kensington li nsibu fil-Kastell Windsor. Hija tista’ tilqa’
fiha sa 800 ruħ u għalhekk nistgħu dlonk nindunaw li hija knisja kbira li fiha
dehra ta’ katidral Gotiku.
Il-bini ta’ din il-knisja
beda fl-1475 fuq xewqa tar-Re Dwardu IV u ntemm fl-1528. Dan ir-re miet fid-9
ta’ April tas-sena 1483 u minkejja li l-kappella ta’ San Ġorġ ma kinitx għadha
lesta, huwa ġie midfun fiha. Bin ir-Re Dwardu IV, Dwardu V sar ir-re
tal-Ingliterra wara l-mewt ta’ missieru iżda dan ma damx wisq fuq it-tron
gaħleix ġie maqtul ftit xhur wara l-inkurunazzjoni tiegħu (aktarx fil-25 ta’
Ġunju 1483 stess). Il-mexxej il-ġdid issa sar Rikkardi III li kompla l-bini
tal-kappella ta’ San Ġorġ fis-sentejn li dam jirrenja. Is-suċċessur ta’ dan
il-monarka kien Enriku VII li jiet fl-età ta’ 52 sena fl-1509. Iben dan ir-re
ma kien ħadd għajr Enriku VIII, ir-re magħruf għall-firda li ġab mal-Knisja
Kattolika bit-twaqqif ta’ Knisja ġdida. Dan is-sultan temm ix-xogħol fuq
il-kappella li qegħdin insemmu. Huwa jinsab midfun fiha u għalhekk huwa
it-tieni monarka li nsibu midfun f’din il-knisja. Tajjeb ninnutaw li l-bini ta’
din il-knisja beda bħala kappella fi ħdan il-Knisja Kattolika iżda ntemm bħala
kappella tal-Knisja Protestanta. Insibu wkoll li r-Rejiet Karlu I, Ġorġ III,
Ġorġ IV, Dwardu VII u Ġorġ V, Ġorġ VI kif ukoll l-irġejjen Alessandra, Mary u
Eliżabetta (omm ir-Reġina Eliżabetta II). F’ din il-kappella kienu żżewġu r-Re
Dwardu VII u r-Reġina Alexandra tad-Danimarka fl-10 ta’ Marzu 1863. Fid-9 ta’
April 2005 wara ż-żwieġ ċivili bejn il-Prinċep Karlu u Camilla Parker Bowles
saret ċerimonja ta’ talb f’ din il-kappella. Din il-kappellama taqax taħd
id-djoċesi iżda hija ġuspatronat tal-familja rjali Brittanika.
Stained Glass ta' San Ġorġ |
Il-kappella ta’ San Ġorġ
fil-Kastell Windsor hija eżempju mill-isbaħ tal-istil Gotiku u bosta jqisu din
il-knisja bħala l-aqwa binja Gpotiak fl-Ingilterra. Hawn malta ma tanx aħna
midħla ta’ dan l-istil iżda nistgħu ngħidlu li f’pajjiżna l-aqwa eżempju Gotiku
huwa l-knisja taċ-!imiterju tal-Addolorata, Raħal Ġdid. Fuq l-artal tal-knisja ta’ San Ġorġ naraw
tieqa kbira bi stained glass b’bosta
qaddisin fiha. Sewwasew mal-ġnub tal-artal insibu s-sedji tal-kor.
F’din il-knisja jiltaqgħu
ta’ kull sena il-membri tal-Ordni tal-Ġarretteira. Dan l-Ordni kavalleresk
għandu lil San Ġorġ bħala qaddis parun tiegħu. Kien hemm żmien fejn dan l-Ordni
kien ikollu bosta servizz f’din il-kappella iżda biż-żmien inqatgħu sakemm
fl-1948 ir-Re Ġorġ VI reġa’ beda jlaqqa’ lill-membri ta’ dan l-Ordni darba
fis-sena fix-xhar ta’ Ġunju, sewwasew f’ din il-kappella.
Tajjeb insemmu li fl-20
ta’ Novembru 1992 il-Kastell ta’ Windsor inħakem minn nirien li għamlu bosta
ħsara. Fir-restawr wara dan l-inċident, fis-sala li ġġib l-isem ta’ San Ġorġ
tpoġġiet tieqa stained glass li turi lil San Ġorġ fin-nofs , pumpier qed
jevakwa pittura mill-post u pumpier qed jitfi n-nar.
Fr Reno Muscat
Dan l-artiklu deher fil-programm tal-Festa, 2019, Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri - Ħal Qormi
Nessun commento:
Posta un commento