Ftit jiem ilu kelli ħaddiem barrani fil-kunvent. Indunajt li kien barrani u l-kurżità għelbitni u staqsejtu minn fejn kien. Dlonk weġibni li kien minn Georgia. Kif telaq mort infittex xi ħaġa fuq dan il-pajjiż u dak li sibt nixtieq naqsmu magħkom.
Dan il-pajjiż jinsab fuq ix-xatt tal-Lvant
tal- Baħar l-Iswed u jmiss mar-Russja fit-tramuntana, mat-Turkija u l-Armenja
fin-nofsinhar, l-Ażerbajġan fix-Xlokk u l-Baħar l-Iswed fil-punent. Il-pajjiż
ikopri żona ta’ 69, 700 km² u għandu
popolazzjoni ta' tliet miljun u nofs abitant. Il-belt kapitali tal-pajjiż hija
Tbilisi.
Mil-lat ġeografiku il-Georgia
hija meqjusa bħala parti mill-Asja tal-Punent jew pajjiż transkontinentali,
waħda mil-linji konvenzjonali ta' separazzjoni bejn l-Ewropa u l-Asja. Mil-lat
storiku-kulturali hija marbuta mill-qrib mal- Ewropa.
Oriġini tal-isem
L-ewwel riferiment tal-isem
tal-pajjiż bħala "Georgia" tinsab bit-Taljan fuq il-mappa mundi ta' Petrus Vesconte datata
1320 AD. Isem dan il-post ma kienx dejjem miktuba bl-istess għażla ta’
karattri, bl-ewwel konsonanti oriġinarjament miktuba b’“J” bħala “Jorgia”. L-isem
Georġia, użat f'parti kbira tad-dinja ġej mill- Grieg georg (γεωργ), li jindika
l-agrikoltura. It-terminu huwa
wkoll rintraċċat għall-isem ta’ San Ġorġ, il- qaddis patrun tal-pajjiż.
Ftit storja
Il-Kristjaneżmu ġie ddikjarat bħala r-reliġjon tal-istat fis-sena 337 AD u l-Knisja Ġorġjana pproklamat lilha nnifisha awtoċefala, u saret awtonoma mill-patrijarkat ta' Antijokja fis- seklu V. L-età tad-deheb mill-aspett kulturali, artistiku, reliġjuż u politiku kienet mis- seklu 11 sas- seklu 13.
Tbilisi |
Wara l-Ewwel Gwerra Dinjija u r-Rivoluzzjoni Russa, il-Ġeorġjani ddikjaraw l-indipendenza minn Moska fit-22 ta’ April 1918, u ffurmaw ir- Repubblika Demokratika Federali Transkawkasjana mal-Armenja u l-Ażerbajġan, bil-kapitali tagħha Tbilisi, u fis-26 ta’ Mejju 1918 reġgħu waqqfu l-istat Ġeorġjan bħala r- Repubblika Demokratika tal-Georgia. Fil-25 ta' Frar 1921, truppi Sovjetiċi mmexxija minn Josef Stalin temmew din ir-Repubblika u inkorporaw lill-Georgia fl- Unjoni Sovjetika fl 1922, minkejja reżistenza mill-poplu Ġeorġjan. Fl-1936 twaqqfet ir-Repubblika Soċjalista Sovjetika Ġeorġjana.
L-istat tal-Georgia twieled mill-ġdid bħala
stat indipendenti wara x-xoljiment tal-Unjoni Sovjetika fid-9 ta’ April 1991 u
wara r-referendum tal-31 ta’ Marzu, li ra 98.9% tal-Ġeorġjani favur
l-indipendenza. Issa l-Georgia adottat l-isem “Repubblika tal-Georgia”.
Reliġjon
Il-Knisja Awtoċefala Appostolika Ortodossa Ġeorġjana
hija waħda mill-eqdem knejjes Kristjani fid-dinja, imwaqqfa fl-ewwel seklu mill-Appostlu
Sant Andrija. Fl-ewwel nofs tas seklu IV il-Kristjaneżmu ġie adottat bħala
r-reliġjon tal-istat. Dan wassal għal sens qawwi ta' identità nazzjonali li
għen biex tiġi ppreservata identità nazzjonali Ġeorġjana minkejja perjodi ta'
okkupazzjoni barranija u attentati ta' assimilazzjoni.
Skont il-kostituzzjoni Ġeorġjana,
l-istituzzjonijiet reliġjużi huma separati mill-gvern u kull ċittadin għandu
d-dritt li jistqarr liberament il-fidi reliġjuża tiegħu. Madankollu, aktar minn
82% tal-popolazzjoni tal-Georgia tipprattika l-Kristjaneżmu Ortodoss u l-Knisja
Ortodossa Ġeorġjana hija istituzzjoni influwenti fil-pajjiż.
Bandiera
Bandiera ta' Georgia |
L-arma tal-pajjiż turi tarka
inkurunata ħamra bil-figura ta' San Ġorġ tal-fidda, protettur tal-istat. It-tarka
hija miżmuma minn żewġ iljuni lewn id-deheb. Taħtha hemm faxxa bil-motto
nazzjonali, li bil-Malti jfisser “Is-saħħa hija fl-Għaqda”. Din l-arma bdiet
tintuza fl-1 ta’ Ottubru 2004.
Aktar
L-aktar belt popolata tal-pajjiż
hija l-kapitali Tbilisi li hija l-unika waħda li taqbeż il-miljun abitant.
Bliet oħra, b'popolazzjoni ferm iżgħar, huma Kutaisi, it-tieni belt tal-pajjiż
b'200,000 abitant, Batumi, qrib il-fruntiera Torka, u Rustavi. Il-bliet li
fadal ma jilħqux il-100,000 abitant.
It-turiżmu huwa parti sinifikanti
u li qed tikber tal-ekonomija tal-Georgia. Fl-2006, aktar minn miljun turist ħallew
300 miljun Ewro għall-ekonomija tal-pajjiż. Skont il-gvern, hemm 103 resort turistiku
f'żoni differenti tal-pajjiż. L-attrazzjonijiet turistiċi jinkludu aktar minn
2,000 muntanja u aktar minn 12,000 monument storiku u kulturali.
Fost l-aktar monumenti importanti
nsemmu l- Monument tal-Ħelsien (jew Statwa ta’ San Ġorġ), li jinsab fi Tbilisi,
il-kapitali Ġeorġjana.
Fr Reno Muscat
Dan l-artiklu deher f'In-Nazzjon - 27 ta' Mejju 2023
Nessun commento:
Posta un commento