Hawn min jgħidlek
jixtiequ s-sena kollha, hawn min jgħidlek li aħjar ma jasal qatt, hawn min
jistennih u hawn min jistenna tmiemu. Is-sajf huwa staġun kontroversjali ħafna
li jew tkun tħobbu jew le. Donnu li dan l-istaġun ma għandux triq tan-nofs.
Ġurnata itwal

Attività
Ladarba qegħdin
insemmu l-attività ma nistgħux ma nsemmux lil bosta minna li matul ix-xhur
tas-sajf jagħmlu attivitajiet bi skop nobbli bħal ġbir ta’ flus għal għaqdiet
filantropiċi. Is-sajf joffri bosta opportunitajiet biex dak li jkun jiżviluppa
t-talenti tiegħu u għandu mnejn ikun ukoll żmien fejn wieħed jiskopri xi talent
li ma jkunx jaf li għandu moħbi.
Kien hemm żmien
li l-akbar attività ta’ volontarjat fis-sajf kienet tkun il-maratona
Solidarjetà bl-Isports. Din l-attività twaqqfet madwar 10 snin ilu u tat lok
għal bosta maratoni oħrajn li sar ikollna f’ pajjiżna fix-xhur tas-sajf.
Turiżmu

It-turiżmu
fis-sajf joffri wkoll opportunità ta’ xogħol għal bosta studenti li jkunu bil
vaganzi tal-iskola. Huwa sewwa li studenti kbar jaħdmu matul is-sajf għax
minbarra li jaqilgħu xi ħaġa tal-flus jitgħallmu wkoll il-valur tax-xogħol.
Qiegħed ngħid għal studenti kbar li jifilħu jaħdmu. Neskludi minn dan
l-argument it-tfal. It-tfal mhux posthom fir-ristoranti jew fuq il-bajjiet
jikru l-umbrelel u l-pultruni ta’ ħdejn
il-baħar.
Bosta minn dan
l-istudenti-ħaddiema żgħażagħ jaħdmu fi stabilimenti tal-ikel jew f’ lukandi.
Hemmhekk ikollhom ukoll l-opportunità jiltaqgħu ma’ bosta turisti u forsi wkoll
isiru ħbieb ma’ xi wħud minnhom.
Konxji mill-ħsara

Immorru l-baħar
Fis-sajf nistgħu
wkoll immorru l-baħar f’ sens metaforiku. Immorru l-baħar meta l-istudenti
jagħlqu l-kotba għal kollox u ma jmissuhomx b’ idejhom sakemm jerġa’ joqrob
żmien l-iskola. Immorru l-baħar meta mmorru bar b q u ma nġibux ruħna ta’ nies
iċċivilizzati, inħallu warajna ħmieġ u mbarazz. Immorru l-baħar meta fil-festi li
niċċelebraw fis-sajf minflok niddeveru b’ mod onest u ċivili, ngħajru u
noffendu li dawk li mhux mal-każin jew parroċċa tagħna. Immorru l-baħar meta
ilbiesna ma jkunx adattat għall-post li nkunu fih. M’ ilux tlabt tfajla toħroġ
mill-knisja għax kienet liebsa indiċenti
għall-aħħar. Skantajt kif hawn min lanqas jistħi joħroġ barra imneżża’
b’ dak il-mod aħseb u ara jidħol fil-knisja! U la qed insemmi l-knisja, ngħid
ukoll li mmorru l-baħar meta fis-sajf ninsew li l-Ħdud sajfin huma wkoll il-jum
tal-Mulej u ma nqaddsuhomx bil-quddiesa. Insomma din l-aħħar probelma ma hijiex
biss tas-sajf imma saret problema tas-sena kollha.
Sajf: l-istaġun
kontroversjali, l-istaġun li jew tħobbu jew titlob li jgħaddi kemm jista’ jkun
malajr. Hu x’ inhu, tħobbu jew tobgħodu is-sajf, trid jew ma tridx, jiġi ta’ kull sena.
Fr Reno Muscat
Dan l-artiklu deher f' In-Nazzjon, 18 ta' Lulju 2015
Nessun commento:
Posta un commento