Bħal kull belt oħra
fid-dinja li hija mdawra bis-swar, il-belt kapitali tagħna l-Maltin għandha
għadd ta’ bibien li jdaħħluk fiha. Il-Belt Valletta għandha d-daħla prinċipali
tagħha minn dak li bosta Matin għadhom isejħulu Putijal; kelma ġejja
mill-kelmiet Taljani “Porta Reale”, il-bieb tas-salten, sewwasew kif kien
jissejjaħ fi żmien li Malta kienet titmexxa mis-Slaten jew kif nafuhom aktar,
il-Gran Mastri tal-Ordni ta’ San Ġwann.
L-ewwel bieb
Id-daħla prinċipali
tal-belt mibnija mill-ġentlomi għall-ġentlomi, kif bix-xieraq tissejjaħ il-Belt
Valletta, oriġinarjament inbniet mal-kumplament tal-bini l-ieħor ta’ din
il-belt maħsuba minn La Valette u tkomliet mis-suċċessuri tiegħu. L-isem
proprju tal-bieb kien Porta San Giorgio. Billi San Ġorġ huwa l-qaddis patrun
tas-suldati, il-kavallieri kienu ħasbu biex dan il-bieb jissemma għal dan
il-qaddis. Għall-istess qaddis kienet issemmiet it-triq li minn dan il-belt
tieħu sat-tarf l-ieħor tal-belt u għalih ukoll issemma l-misraħ f’nofs din
it-triq, sewwasew quddiem il-palazz tas-Sultan. Illum dan il-misraħ għadu jġib l-isem oriġinali tiegħu:
Misraħ San Ġorġ. Kien il-perit Francesco
Lapparelli li ħażżeż il-pjanata ta’ dan il-bieb. Kien bieb aktarx sempliċi u
nieqes minn kull disinn elaborat. L-għan tal-bieb ma kienx li jsebbaħ iżda li
jżomm lura lill-għadu milli jidħol fil-belt. Quddiem il-bieb kien hemm pont
tal-injam li kien jittella’ f’każ ta’ xi attakk mill-għadu. Lejn tmiem is-seklu
XVI il-Gran Mastru Verdala kien sebbaħ dan il-bieb u issa beda jissejjaħ Porta Reale.
Il-Maltin malajr għawġu dawn il-kelmtejn u għamlu minnhom kelma waħda li għadna
nużawha bosta drabi sal-lum il-ġurnata: Putirjal.
Wara Verdala
Fuq tlieta
toqgħod il-borma
Fl-1853 twaqqa’
l-bieb ta’ Dingli biex minfloku nbena wieħed ġdid fuq pjanta ta’ Francis Ringler Thomson. Dan il-bieb kien fih
żewġ arkati prinċipali kif ukoll żewġ bibien fil-ġnub kif kien dak ta’ qablu.
Fuq id-daħliet tal-ġnub kien hemm żewġ niċeċ bl-statwi tal-Gran mastri L’Isle
Adam u la Valette. Dawn tkissru matul it-tieni gwerra dinjija. Fuq ġewwa
tal-bieb kien hemm bust tal-Papa Piju V, bħala rikonoxximent
tal-għajnuna tiegħu fil-bini ta’ din il-belt. Illum dan il-bust insibuh ħdejn
il-bini tal-qorti fi Triq ir-Repubblika. Anke l-isem ta’ dan il-bieb inbidel
fi żmien li l-gżejjer tagħna kienu f’idejn il-Brittaniċi. Kingsgate kien beda
jissejjaħ u t-triq prinċipali tal-Belt Kingsway. Biss il-Maltin xorta baqgħu
jsejħu lill-bieb, Putirjal u lit-triq Strada Rjali! Bil-Malti beda jissejjaħ
“Bieb il-belt”.
Fetħa jew bieb?
Illum ħadkom dawra mal-bieb ta’ Putirjal. Nistqarr li kien ritratt antik,
li juri l-karozzi tal-linja kollha kuluri differenti madwar il-funtana
tat-tritoni bil-bieb ta’ Putirjal fl-isfont li ħajjarni nfttex ftit dwar dan
il-bieb li min jaf kemm-il daba ngħaddu minnu bla ma nħabblu rasna xi storja
għandu.
Fr Reno Muscat
Dan l-artiklu deher f'In-Nazzjon 4 ta' Diċembru 2021
Nessun commento:
Posta un commento