L-aħħar jum tas-sena huwa lejlet l-ewwel jum ta’ sena ġdida. Matul il-lejl ta’
dawn il-jumejn, madwar id-dinja jsiru bosta ċelebrazzjonijiet biex isellmu
s-sena li tkun waslet biex tintemm u jilqgħu s-sena l-ġdida, dejjem b’ tamiet
li din tkun aħjar minn dik li ser tispiċċa.
F’ bosta pajjiżi din il-lejla tkun iċċelebrata f’ attivitajiet soċjali
fejn dak li jkun jista’ jmur jixrob, jiekol u jiddeverti. F’ ħafna bliet isiru
attivitajiet f’ xi pjazza prinċipali fejn jispikkka l-logħob tan-nar.
Fejn tibda u fejn tispiċċa
![]() |
Mappa li turi ż-żoni differenti tal-ħin fid-dinja |
L-ewwel art li tiċċelebra tmiem is-sena u allura l-bidu ta’ dik ġdida hija
l-gżira Samoa, fl-Oċean Paċifiku, filwaqt li fost l-aħħar li jseħħ dan
l-avveniment insibu gżira oħra bl-isem ta’ Baker Island fil-Paċifiku wkoll.
Għandna mnejn naħsbu li dawn iż-żewġ gżejjer huma imbegħdin minn xulxin iżda
fil-verità ma humiex. Hemm biss ftit aktar minn elf u ħames mitt kilomtru
bejniethom. Allura kif ma jibdewx is-sena flimkien? Tinsewx li d-dinja hija
tonda u f’ diversi żoni hemm ħin differenti. Issa l-ġżira Samoa tinsab aktar
bogħod mill-Awstralja u żżomm il-ħin ta’ dik iż-żona filwaqt lil-gżira Baker
hija aktar ’il bogħod mill-Amerika u żżomm il-ħin ta’ dik iż-żona. Nafu li
l-ħinijiet bejn dawn iż-żewġ żoni jvarjaw sa 24 siegħa. Issa billi d-dinja hija
tonda, it-tarf taż-żona tal-ħin li fiha nsibu s-Samoa u t-tarf taż-żona tal-ħin
li żżomm Baker Island ivarjaw b’ 24 siegħa. Għalhekk dan il-lejl ma jkunx
iċċelebrat flimkien f’ dawn iż-żewġ gżejjer. Forsi mhux faċli tifhem dan li
għadni kif fissirt, jekk ma fhimtnix toqgħodx tħabbel rasek; tirrovinax
il-festi tal-aħħar tas-sena minħabba fija!
Ċelebrazzjonijet fit-toroq

L-Italja hemm id-drawwa li matul dan
il-lejl dak li jkun jeħles minn dak li ma jkollux aktar bżonn u għalhekk iwaddbuh
’l barra minn xi tieqa. Ħażin għalih min jinzerta taħt dik it-tieqa. Ma tantx
hi drawwa sabiħa, imma dik hi!
Ikel

Auld Lang Syne
F’ din il-lejla tinstama’ d-diska bl-isem Auld Lang Syne, poeżija Skoċċiża
li kiteb Robert Burns fl-1788 u tindaqq fuq melodija tradizzjoanli antika. Din
id-diska tindaqq l-aktar fil-pajjiżi li jitkellmu l-Ingliż, bħalna u issellem
l-antik u tilqa’ lill-ġdid; illejla ssellem is-sena l-qadima u tagħti merħba
lil dik ġdida.
Bħal bosta ħwejjeġ oħra, dan it-tmien huwa wkoll bidu. Lejlet l-ewwel
tas-sena huwa tmiem u stennija ta’ bidu, bit-tama li dak li ġej ikun aħjar minn
dak li għadda. Awguri minn qalbi!
Fr Reno Muscat
Dan l-artiklu deher f' In-Nazzjon, 31 ta' Diċembru 2016

Nessun commento:
Posta un commento