Meta konna għadna żgħar,
kull meta jersaq ix-xahar ta’ Novembru konna nibdew ngħidu t-taqbila li tant
kienet popolari fostna: Ġewż, lewż, qastan tin; kemm inħobbu ’l San Martin.
Il-festa ta’ dan il-qaddis tiġi ċċelebrata fil-11 ta’ Novembru, sewwasew meta
l-frott niexef, bħal ġewż u lewż u qastan kif ukoll it-tin imqaddes u t-tin
taċ-ċappa jibdew jidhru fuq l-imwejjed tagħna. Ta’ tfal li konna,konna
nistennew il-borża ta’ San Martin li fost ħelu u ċejċiet oħra kien ikun fiha
minn dan il-frott niexef kif ukoll ħbejża, dik li llum insejħulha panina, li la
hija kelma Maltija u lanqas Taljana għaliex
ħobża żgħira bit-Taljan hija panino, tispiċċa bl-O u mhux bil-A bħalma
nsejħulha aħna!
Min kien il-qaddis
F’Novembru niċċelebraw
il-festa ta’ żewġ qaddisin bl-isem ta’ Martin, fit-3 tax-xahar; San Martin De
Porres u fil-11; San Martin ta’ Tours. Il-qaddis marbut ma’ dan il-frott huwa dan it-tieni wieħed.

Fis-sena 371
Martin kien maħtur isqof ta’ Tours. Huwa waqqaf monasteru ieħor qrib din
il-belt, sewwasew f’Marmoutier. Ħadem kemm felaħ biex iwassal il-fidi ta’
Kristu kull fejn kien. Miet ġewwa Candes fis-sena 397.
Inbid ġdid

Frott niexef
Illum li aħna
aktar konxji fejn jidħol ikel, tajjeb ngħidu li l-frott niexef, bħal dak li
nsibu fil-borża ta’ San martin, huwa bil-wisq aħjar minn kull tip ta’ ħelu jew
deżerta oħra. Kien hemm xi żmien fejn dan il-frott kien ġie meqjus bħala żejtni
imma llum studjużi jgħidulna li dan huwa frott nutrittiv ħafna u fih bosta
portejini u żjur neċċessarji għall-bniedem. Fih insibu wkoll il-kalċju, l-aktar
fil-lewż. Tassew li xi frott minn dan fih bosta kaloriji, allura wieħed tajjeb
joqgħod attent u ma jieħux iż-żejjed minnu.
F’Malta
Pajjiżna wkoll
għandu d-drawwiet tiegħu marbutin ma’ dan il-qaddis. Apparti l-borża li diġà semmejna qabel,
fil-Baħrija ssir il-festa tiegħu. Drawwa li hija marbuta ma’ dan il-post u ma’
din il-festa hija l-fiera li ssir ta’ kull sena. Billi jkun riesaq żmien
il-Milied f’din il-fiera wieħed ikun jista’ jirbaħ xi ħaruf jew xi dundjan,
barra xi ħwejjeġ oħra wkoll. Mill-knisja tal-post toħroġ il-purċissjoni
bl-istatwa żgħira u ħelwa ta’ San Martin. Din il-festa hija popolari ħafna
mal-Maltin u bosta jistennewha minn sena għal oħra għax hija differenti minn
festi oħra u ssir f’post mill-isbaħ fejn fadal bosta ftuħ u kampanja.
Ġewż, lewż, qastan, tin;
kemm inħobbu ’l San Martin! Kemm tifkiriet, kemm drawwiet u kemm stejjer wara daqxejn ta’ taqbila!
Fr Reno Muscat
Dan l-artiklu deher f'In-Nazzjon - 10 ta' Novembru 2018


Nessun commento:
Posta un commento