Malli nxterdet
ix-xnieha (għax kienet għadha mhix aħbar) li l-Arċisqof Pawlu Cremona aktarx
jagħti d-dimissjoni tiegħu għamilt bħal bosta oħrajn u bdejt nara x’ argumenti
ser jitilgħu fuq il-portals Maltin u x’ kummenti sejrin jitfgħu l-Maltin fuq
il-media soċjali. Bħalissa ninsab Ruma u l-eħfef possibilità li għandi biex
nagħmel dan nhuwa l-internet.
Ikolli ngħid li
stennejt aktar professjonalità minn ċerti entitajiet jew persuni li rrappuratw
jew ikkumentaw dak li ġara, u hawn sejjer insemmi xi wħud mill-irregolaritajiet
li tawni fastidju.
1.
Il-portal
tal-Knisja ta’ Malta ħabbar li l-għada kellha ssir konferenza stampa dwar
il-kariga tal-Arċisqof Pawlu Cremona. Dan kien il-Ġimgħa 17 ta’ Ottubru, tard
filgħodu meta l-media lokali kienet diġà xerrdet l-aħbar tar-riżenja. Għandi
l-impressjoni li l-Kurja ta’ Malta ma ħabbritx ir-riżenja tal-arċisqof dakinhar,
imma dakinhar stess, madwar sitt sigħat wara l-aħbar tal-konferanza
tal-aħbarijiet fil-portal tal-Knisja, deheret aħbar oħra bl-isem : L-Isqof
Scicluna mistenni jmexxi sakemm jinħatar Arċisqof ġdid. Ma hemmx għalfejn taqra
l-artiklu għax mit-titlu dlonk tinduna li l-Arċisqof kien irriżenja. Ladarba
l-Arċisqof huwa l-kap tal-Knisja ta’ Malta, kien ikun xieraq li jkunu l-mezzi
tal-media tal-Knisja li juru sewwa xi jkun qiegħed jiġri u mhux iħallu ħafna
spekulazzjonijiet jiġru li aktar jagħmlu ħsara milli ġid. Fuq kollox dawn huma
l-mezzi li l-aktar kellhom tagħrif għax hija ħaġa tagħhom f’ tagħhom.
2. Ir-riżenja tal-Arċisqof tħabbret uffiċjalment fil-konferenza tal-aħbarijiet li saret l-għada s-Sibt fejn tħabbar ukoll li l-Papa kien aċċetta r-riżenja tal-Arċisqof Cremona. Nemmen li din il-konferenza tal-aħbarijiet saret 24 siegħa tard. Kien ikun aħjar kieku l-konferenza saret il-Ġimgħa filgħodu u kien jitħabbar uffiċjalment li l-Arċisqof bagħat ir-riżenja tiegħu. Kif saru l-affarijiet tħalla ħafna ħin biex isiru diskorsi li aktar jagħmlu ħsara milli ġid.
3. L-Arċisqof qal li kien ilu madar sentejn jaħseb biex jieħu dan il-pass. Ovvjament pass bħal dan ma setax jieħdu b’ għajnejh magħluqin u nemmen li tkellem ma’ xi wħud dwar dak li kien sejjer jagħmel. Allura la kien ilu sentejn jaħsibha, min mexxieh ma setax jgħidlu jistenna ġimgħa oħra?
A. Kieku għaddiet ġimgħa oħra ma kienitx sejra taqa’ d-dinja imma tal-inqas kien ikun spiċċa s-Sinodu tal-Isqfijiet dwar il-familja – tappa importanti immens fil-ħajja tal-Knisja Universali, li minnha tagħmel parti wkoll il-Knisja Maltija. B’hekk in-Nisrani Malti li kien jinteressa ruħu fit-tmiem tas-sinodu ġie distratt.
B. Kieku għaddiet ġimgħa oħra l-isqof ta’ Għawdex Mario Grech kien ikun jinsab Malta, għax meta tħabbret ir-riżenja dan kien Ruma jirrappreżenta lill-Knisja Maltija fis-Sinodu. Tajjeb niftakru li l-President tal-Konferenza Episkopali Maltija ma huwa ħadd għajr Monsinjur Grech u għalhekk kien ikun xieraq li jkun preżenti fil-konferenza tal-aħbarijiet li ingħatat is-Sibt 18 ta’ Ottubru.

4.
Biex
wieħed jirreżenja minn kariga għolja huwa att li jitlob kuraġġ. Fl-istess ħin
huwa att ta’ umiltà, fejn bniedem iwarrab biex dik l-entità li jkun imexxi
titħall f’ idejn ħaddieħor. Monsinjur Cremona huwa bniedem umli ħafna u
fl-istess ħin ta’ kuraġġ biex wasal biex ħa d-deċiżjoni li ħa għall-ġid tal-Knisja
Maltija li tant iħobb. Imma kien hemm xi talin li ħaduha bi kbira żżejjed
ir-riżenja tal-arċisqof u spiċċaw jiktbu messaġġi fuq il-media soċjali li la
jagħmlu unur lilhom personali u żgur ma jferrħux lill-Monsinjur Cremona. Ċerti
prattiċitajiet ma humiex ħobż għas-sekulari, anzi ngħid li f’ xi każi meta
jidħlu s-sekulari iktar jagħmlu ħsara milli ġid. Ċerti kliem dispreġjattiv
fil-konfront ta’ saċerdoti li jaħdmu fil-Kurja ta’ Malta ma jagħmilx unur lil
min jiktbu u lanqas iferraħ lil min iħobb jew jirrispetta lil Pawlu Cremona.
Sfortunatament qrajna aġġettivi koroh immirati lejn xi saċerdoti kurjali.
Dawn huma xi irregolaritajiet li rriflettejt fuqhom u ma stajtx inħallihom għaddejjin qisu qatt ma kien xejn. Ma ktibthom f’ isem ħadd, imma ktibthom wara li qagħad nirrifletti. Nispera li dawn in-nuqqasijiet saru minħabba nuqqas ta’ attenzjoni u mhux b’ xi intenzjoni moħbija.
Fr Reno Muscat
Dan l-artiklu deher fl-Orizzont tat-22 ta' Ottubru 2014
Nessun commento:
Posta un commento