Qabel ma Kristu
tela’ fis-sema huwa ħalla l-mandat tiegħu lill-appostli billi qalilhom: “Morru
fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju lill-ħolqien kollu. " [Mk 16,15] Dan
il-mandat għadu jgħodd sal-lum, iżda mhux iktar għall-appostli li kienu
miġburin ma’ Ġesù. Dawn għaddew dan il-mandat lis-suċċessuri tagħhom u
s-suċċessuri tagħhom lil ta’ warajhom. B’ hekk inħolqot dik li fil-Knisja
Kattolika tissejjaħ is-suċċessjoni appostolika, jiġifieri kull saċersot ħa
l-mandat minn idejn l-isqof li ikkonsagerah u l-isqof li jkun tah l-Ordni Sagri
jkun kompla l-katina tas-suċċessjoni appostolika. Għalhekk jekk ikollna nibdew naraw minn ikkonsagra
isqof wara l-ieħor naslu sal-appostli. Mhux possibli nkunu nafu elfejn sena ta’
suċċessjoni, imma nistgħu immorru lura sewwa fiż-żmien. Ħalli naraw ftit kif
inhi s-suċċessjoni appostolika tal-isqfijiet ta’ Malta
Is-suċċessjoni appostolika
tal-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona hija din:
L-Arċisqof Pawl Cremona fl- 2007 kien ordnat isqof mill-
Arċisqof Ġużeppi Mercieca li fl-1974 kien ordnat
isqof mil-
Arċisqof Mikiel Gonzi li fl-1924 kien ordnat
isqof mill-
Isqof Mauro Caruana li fl-1915 kien ordnat isqof mill-
Kardinal Merry del Val y Zulueta li fl-1900 kien ordnat isqof mill-
Kardinal Rampolla del Tindaro li fl-1882 kien
ordnat isqof mill-
Kardinal Edward Henry Howard li fl-1872 kien
ordnat isqof mill-
Kardinal Carlo Sacconi li fl-1851 kien ordnat isqof mill-
Kardinal Giacomo Filippo Fransoni li fl-1822
kien ordnat isqof mill-
Kardinal Pietro Francesco Galleffi li fl-1819
kien ordnat isqof mill-
Kardinal Alessandro Mattei li fl-1777 kien ordnat isqof mill-
Kardinal Bernardino Giraud li fl-1767 kien ordnat isqof minn
Carlo della Torre Rezzonico li sar Papa Klement XIII li fl-1743 kien ordnat
isqof minn
Prospero Lorenzo Lambertini li sar Papa Benedettu XIV li fl-1724 kien ordnat
isqof minn
Pietro Francesco Orsini de Gravina, O.P. li sar Papa Benedettu XII li fl-1675 kien ordnat isqof mill-
Kardinal Paluzzo Paluzzi Altieri Degli Albertoni li fl-1666
kien ordnat isqof mill-
Kardinal Ulderico Carpegna li fl-1630 kien ordnat isqof mill-
Kardinal Luigi Caetani li fl-1622 kien ordnat isqof mill-
Kardinal Ludovico Ludovisi li fl-1621 kien ordnat isqof mill-
Arċisqof Galeazzo Sanvitale li fl-1604 kien ordnat isqof mill-
Kardinal Girolamo Bernerio, O.P.
li fl-1586 kien ordnat isqof mill-
Kardinal Giulio Antonio Santorio li
fl-1566 kien ordnat isqof mill-
Kardinal Scipione Rebiba li fl-1541 kien ordnat isqof awżiljarju ta’ Chieti imma ma
sibniex minn min.
Hawn tieqaf il-lista
tas-suċċessjoni appostolika li nafu biċ-ċert biha.
Monsinjur Pawl Cremona kien
l-isqof prinċipali li kkonsagra lill-Kardinal Prospero Grech OSA u lill-Isqof
Charles J.Scicluna, it-tnejn fl-2012. Għalhekk is-suċċessjoni appostolika ta’
dawn iż-żewġ isqfijiet hija din li għandna hawn fuq.
Is-suċċessjoni appostolika
tal-Isqof ta’ Għawdex Monsinjur Mario Grech hija din:
L-Isqof Mario Grech fl-2006 kien ordnat isqof mill-
Isqof Nikol Ġużeppi Cauchi li fl-1967 kien ordnat isqof
mill-
Arċisqof Martin John O’Connor li fl-1943
kien ordnat isqof mill-
Isqof William Joseph Hafey li fl-1925 kien ordnat isqof
mill-
Arċisqof Michael Joseph Curley li fl-1914
kien ordnat isqof mill-
Isqof Benjamin Joseph Keiley li fl-1900 kien ordnat isqof
mill-
Kardinal James Gibbons li fl-1868 kien ordnat isqof mill-
Arċisqof Martin John Spalding li fl-1848 kien ordnat isqof mill-
Isqof Benedict Joseph Flaget, P.S.S. li fl-1810 kien ordnat
isqof mill-
Arċisqof John Caroll li fl-1790 kien ordnat isqof mill-
Isqof Charles Walmesley,
O.S.B. li fl-1756 kien ordnat isqof
mill-
Kardinal Federico Marcello Lante Montefeltro Della Rovere li fl-1732 kien
ordnat isqof mill-
Kardinal Annibale Albani li fl-1730 kien ordnat isqof mill-
Kardinal Francesco Barberini li fl-1721 kien ordnat isqof mill-
Kardinal Fabrizio Paolucci li fl-1685 kien ordnat isqof mill-
Kardinal Gasparo Carpegna li fl-1670 kien ordnat isqof mill-
Kardinal Paluzzo Paluzzi Altieri Degli Albertoni
Minn dan il-kardinal, is-suċċessjoni appostolika tal-Isqof ta’
Għawdex tibqa’ sejra bħal dik ta’ Monsinjur Cremona.
Nessun commento:
Posta un commento