Kelli
nagħmel ġimgħa rtir – sewwa sew il-ġimgħa ta' wara l-Għid. Sħabi għażlu li jagħmlu dan
l-irtir f'abbazija tal-Benedittini, propju fil-Monasteru ta' Santa Maria del
Monte ġewwa Cesena. Jien
iddecidejt li nagħmel dan l-irtir magħhom u għalhekk tlaqt minn Malta l-għada
tal-Għid il-Kbir sabiex inkun nista' nibda dan l-irtir magħhom.
l-abbazija Del Monte ta' Cesena |
Wasla
Wasalna fl-abbazija u tawna l-kmamar. Kamra pulita, nadifa imma bla ebda xinxilli żejda – sodda gwardarobba siġġu u mejda. Dħalt fil-kamra u għalaqt il-bieb. Fuq in-naħa ta' ġewwa tal-bieb tal-kamra kien hemm karta mwaħħla. Kien l-orarju tal-komunità. Issa għal dil-gimgħa jkolli ninsa l-ħin tiegħi u nadatta ruħi għall-ħinijiet ta' dan il-monasteru. Qawmien fil-ħamsa ta' filgħodu. Dan kien biss l-ewwel xokk. L-ewwel talb isir fil-ħamsa u nofs. Jien imdorri nibda sagħtejn wara imma hawn ikolli nagħmel bħalma jagħmlu huma! L-aħħar talb isir fid-disgħa ta' filgħaxija u dritt wara kulħadd għal kamartu għar-raqda. Bejn l-ewwel u l-aħħar talb hemm erba' mumenti oħra ta' talb. L-unika ħaġa li tatni fastidju huwa l-qawmien kmieni. Imma issa naraw! Dak il-ħin irringrazzjajt lil Alla li tani l-vokazzjoni ta' Dumnikan. Dort u tajt l-ewwel passi fil-kamra – il-kamra li kellha ssir id-dinja tiegħi għal dik il-gimgħa.

Bdejt nidra
Sar
ħin l-ikel. Ikel sempliċi imma b'togħma tajba.
Kollox mill-għelieqi u mill-gallinar tal-monasteru. Il-komunità ta' hawnhekk fiha
tmien membri. Kulħadd
fuq xogħolu – xogħol u talb, jew aħjar talb u xogħol - Ora et Labora. Waqt l-ikel ħadd ma jitkellem u jiġi osservat is-silenzju
u jsir ukoll xi qari. Lura lejn il-kamra tiegħi għal ftit mistrieħ, imma bilkemm kienu għaddew
għaxar minuti minn xħin kont intfajt fuq is-sodda, li ma nstemgħetx
qanpiena ddoqq sabiex twissi lill-kulħadd li ftit ħin ieħor ikun sar il-ħin għat-talb.
Filgħodu
stenbaht bid-daqq tal-iżveljarin ta' dak tal-kamra ta' maġenbi. Inzerta wieħed minna, gwapp aktar
minni biex iqum kmieni! Qomna. Tlabna. Smajna. Skitna. Ma kinitx problema biex
inqumu, forsi għax għadna fil-bidu. Imma meta spicċċajt l-irtir indunjat li
ma kienx hemm waqt wieħed biss li xi ħadd minna naqas milli jkun preżenti mal-komunità Benedittina, sew
kmieni filgħodu kif ukoll matul il-jum. Ix-xokk li ħadt bil-bidu nbidel f'dispjaċir meta ġejt biex inħalli dal-post hekk ħiemed.
Bogħod mid-dinja
Għaddiet ġimgħa bla gazzetti, bla internet. Ġimgħa bla Facebook, ġimgħa bla Youtube, ġimgħa bla television jew radju. Ġimgħa bla aħbarijiet. Għaddiet tassew bħal ħolma. Minkejja l-qawmien kmieni qatt ma għidt li kont bi ngħas. Forsi għax kont norqod kmieni wkoll. Inħossi li straħt fiżikament, mentalment u spiritwalment.

Kemm
hawn minna li kultant jieqfu ftit mir-rutina tal-ħajja ta' kuljum? Ftit
li xejn. Ħafna
minna nsiefru biex ngħidu nistrieħu u meta nerġgħu lura d-dar inkunu għajjenin aktar minn qatt qabel.
Kemm hemm min tassew jieħu pawsa mill-ħajja mgħaġla li ngħixu? Ftit. Insiefru u nippruvaw ma nitilfux
minuta waħda.
Agħar minn hekk huma dawk li jsiefru u jgħaddu l-ħin tagħhom iduru minn ħanut għall-iehor,
jixtru, jixtru u jixtru, donnha gejja l-gwerra, biex imbagħad wara li jkunu mlew il-bagalji sa ruħ ommhom jiġu Malta u jsibu li jkun u ħallsu wisq aktar milli
kieku xtaw l-istess oġġett minn pajjiżna. Insierfu biex nistrieħu u mbagħad ma nħallux ħin biex nistrieħu. Niġu lura mis-safra li nkunu
għamilna u nkunu għajjenin aktar minn qatt qabel. Kemm-il darba nkunu msiefrin
u ttina rasna jekk fil-lukanda ma jkunx hemm internet. Niġġennu jekk nagħmlu ġimgħa bla ma niftħu l-posta elettronika!
Ma nissaportux ġimgħa
bla mezzi moderni.
Ngħid
għalija din il-gimgħa għallmitni ħafna. Kelli ħin għalija nnifsi – ħaġa li fil-ħajja ta' kuljum ftit li xejn għandi. Ġejt nagħmel irtir, ftit
ħin ma' Alla u nistqarr
li sibt bosta ħin
għalija nnifsi.
Fr. Reno Muscat O.P.
Nessun commento:
Posta un commento